Sport Sport Ieħor

Tennis: Jannick Sinner jirbaħ l-Open Sud de France

It-Taljan Jannick Sinner rebaħ l-ewwel turnament tiegħu din is-sena meta fil-final tal-Open Sud de France għeleb lill-Amerikan Maxime Cressy 7-6, 6-3.

Sinner b’hekk rebaħ dan it-turnament mingħajr ma tilef l-ebda set. Għal Sinner dan is-seba’ suċċess ATP fil-karriera tiegħu. Cressy numru 51 fir-rankings dinjija kellu problemi f’wieħed mis-swaba f’idu l-leminija u kellu jiddewwa fit-tieni set.

Din kienet it-tieni darba li dawn iż-żewġ tennisti lagħbu kontra xulxin fejn fil-logħba preċedenti li ntlagħbet f’Lexington erba’ snin ilu kien l-Amerikan li kien ħareġ rebbieħ.