Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina appella fil-parlament lill-Prim Ministru biex jerġa’ jibda diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni biex tinstab persuna ta’ fiduċja bħala Kummissarju għall-Istandards u lill-Prim Imħallef Emeritu Joe Azzopardi biex jiddikjara li mhux se jaċċetta l-kariga sakemm tinstab soluzzjoni.
F’diskors fil-parlament dwar il-mozzjoni għall-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards, Karol Aquilina qal li ma xtaqx li jasal dan il-mument għaliex iż-żewġ partiti żviluppaw sistema fejn ċertu deċiżjonijiet jittieħdu flimkien u bi qbil.
Din mhix tradizzjoni ta’ ħafna snin iżda li għandha għeruq fondi fil-partiti u fl-istituzzjonijiet. Fl-aħħar 30 sena, kien hemm qbil dwar il-ħatriet ewlenin tal-pajjiż fejn kien sar żvilupp pożittiv.
Ħadd ma kien iħoss li hu ħatar lil xi ħadd jew li xi ħadd kellu kontroll ta’ xi ħadd iżda kulħadd kien iħoss li kien hemm il-fiduċja neċessarja. Dan kien iseħħ għaliex kien hemm prattika li d-diskussjoni tkun ibbażata fuq il-kunfidenzjalità.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-Ombudsman, l-aħħar żewġ Presidenti tar-Repubblika, l-Awditur u d-Deputat Awditur Ġenerali u l-Prim Imħallef u qal li dwar dawn dejjem kien hemm qbil anki jekk ma kien hemm obbligu li jkun hemm. Hu qal li l-Prim Ministru donnu qed jakkuża lill-Oppożizzjoni b’affarijiet mhux minnhom u li għandha intenzjonijiet ħżiena.
Il-Prim Ministru jaf li meta l-Oppożizzjoni tkun taf li hemm xi abbuż dejjem tkellmet u kien hemm okkażjonijiet fejn anki l-Gvern intervjena dwar dak li tgħid l-Oppożizzjoni.
Hu ċaħad li l-Oppożizzjoni għandha strateġija li tattakka lill-Ġudikatura. Il-Prim Ministru qed jattribwixxi lil ħaddieħor dak li fil-fatt hu tiegħu għaliex mhux minnu l-Oppożizzjoni tipprova tinfluwenza lil xi ġudikant.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li għad hemm ħin li jkun hemm qbil dwar Kummissrju għall-Istandards u sostna li d-diskussjonijiet bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ma kellhomx isiru pubbliċi. Hu sostna li l-Prim Ministru kellu opportunità li jbexxaq tieqa għal soluzzjoni u appella lill-Prim Ministru biex isiru diskussjonijiet ġodda isem alternattiv. Dan biex min jidħol fil-kariga kun daħal bi qbil u mhux f’kontroversja.
Karol Aquilina qal li hawn diversi persuni li l-partijiet għandhom fiduċja fihom u sostna li tliet snin ilu meta kien se jispiċċa Azzoaprdi deputati tal-Gvern biex ħadd ma jsemmi l-bidla dwar l-età tal-irtirat tal-Prim Ministru “ħa neħilsu minn Joe Azzoaprdi”.
Dan id-diskors kien isir b’mod ripetut li kien isiru minn deputati Laburisti, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla kienet żviluppa sitwazzjoni fil-qrati. Ir-raġuni li llum il-Prim Ministru qed jagħti li l-istess raġuni li d-deputati kienu jgħidu qabel, sostna d-deputat Nazzjonalista, li nsista li anki miegħu kien isir dan id-diskors minn deputati Laburisti.
Karol Aquilina kompla li hu fatt li meta saret il-ħatra tal-Ombudsman, il-gvern talab isem lill-Oppożizzjoni liema isem tela’ kabiett fejn inqalgħet rewwixta. Din kienet ir-risposta li ngħatat lill-Oppożizzjoni u għalhekk bdiet diskussjoni dwar possibbiltà ta’ isem ieħor iżda l-gevrn ħalla l-kariga pendenti. Il-gvern kien komdu li jħalli din is-sitwazzjoni u għalhekk ma bediex diskussjonijiet mal-Oppożizzjoni.
Il-Prim Ministru uża l-poter li jaħtar persuna fil-Qorti Ewropea u għalhekk għażel lil Hyzler. Il-Prim Ministru ried li d-diskussjonijiet dwar l-Omudsman u l-Kummissarju għall-Istandards jsiru flimkien meta dawn ma kinux marbutin flimkien.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ikbar piż hu fuq il-Prim Ministru għaliex il-Prim Ministri kollha rnexxielhom jaslu għall-ftehim billi l-persuna tkun waħda aċċettabbli għall-Oppożizzjoni. Hu appella lill-Prim Ministru biex iressaq isem ta’ persuna aċċettabbli.
Karol Aquilina kompla li hemm kwalifika waħda essenzjali għall-Kummissarju għall-Istandards li hi l-fiduċja taż-żewġ naħat tal-Kamra. Mingħajr din il-kwalifika ħadd ma jista’ jkun ideonju għal din il-kariga; din hi problema kbira li se tintefa’ f’ħoġor il-Kummissarju għall-Istandards.
Dan għandu jkun f’pożizzjoni li ma jkunx obbligat lejn ħadd, sostna Karol Aquilina, li appella lill-Prim Ministru biex jagħmel pass żgħir u l-Oppożizzjoni tkun lesta tagħmel tlieta.
Anki xi ħadd ieħor jista’ jagħmel pass, sostna Karol Aquilina, li kompla li jekk Joe Azzopardi hu l-aktar persuna ideonja, allura hu jista’ jagħmel l-iktar pass billi ajgħraf li hemm kontroversja u jiddikjara li l-kariga tant hi serja li għalih hi prijorità assoluta li jkun hemm xi ħadd li jagwdi l-fiduċja taż-żewġ naħat tal-Kamra.
L-ex Prim Ministru jifhem dan l-argument u anki minħabba l-passat politiku tiegħu jgħaraf ir-realtà politika kif tiżvolġi, sostna d-deputat Nazzjonalista, li, għal kummenti tal-Prim Ministru, sostna li hu qatt ma mar Kastilja jittallab għal maħfra presidenzjali.
Karol Aquilina appella lill-ex Prim Imħallef Joe Azzopardi biex jistaqsi lilu nnifsu hux qed isir ġid jew le lill-istituzzjoni tal-Kummissajru għall-Istandards u jiddikjara li mhux dispost li jinħatar Kummissarju għall-Istandards. Fi żmien tista’ tinstab soluzzjoni jekk il-gvern jerġa’ jiddiskuti mal-Oppożizzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>