Lokali

Bernard Grech jiltaqa’ mar-rebbieħ ta’ Malta’s Got Talent

Il-Kap tal-PN, Bernard Grech awgura lil Kyran Bonello wara r-rebħa tat-tieni edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent. Dan waqt li laqgħu fl-ufficcju tieghu fid-Dar Centrali tal-PN.

Flimkien huma tkelmu dwar il-futur ta’ dan iz-zaghzugh, mhux biss fil-kant iżda wkoll fis-saċerdozju – ghaliex Kyran ghandu xewqa li jidhol għal din il-vokazzjoni, filwaqt li jibqa’ miexi fil-kant.

Bernard Grech tkellem dwar l-importanza li artisti bħal Kyran Bonello jibqgħu jaħdmu favur it-talent tagħhom biex mhux biss jagħmlu unur lilhom inusfhom iżda wkoll lil pajjiżna.

Kyran Bonello, iż-żagħżugħ ta’ 14-il sena minn Birkirkara rebaħ wara li fetaħ is-serata tal-finali bil-kanzunetta ‘Nella fantasia’, ta’ Ennio Morricone, fejn kien akkumpanjat minn grupp taż-żfin tal-ballet.

B’vuċi li saħħret lill-poplu Malti, Kyran Bonello kien wieħed minn fost erbgħa li rnexxielu jikseb post dirett fis-semifinali permezz tal-Golden Buzzer.

Il-Partit Nazzjonalista ilu s-snin jaħdem favur l-arti f’pajjiżna… tant li fl-aħħar xhur ressaq mozzjoni għal emenda kostituzzjonali biex l-arti tiddaħħal fil-Kostituzzjoni ta’ Malta u b’hekk l-artisti Maltin jingħataw l-importanza li jixraqilhom.