Ċifri maħruġa llum mill-NSO juru li matul is-sena li għaddiet, kull turisti – ras għal ras – nefaq inqas f’pajjiżna.
Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, kull turist fl-2022 nefaq medja ta’ €880. Dan meta sas-sena l-oħra, kull turist nefaq mal-€20 aktar. B’hekk, it-tnaqqis qed ikun rifless fuq tqabbil ma’ sena li kienet għadha maħkuma mir-restrizzjonijiet tal-Covid, u allura suppost wieħed kien jistenna żieda u mhux tnaqqis fin-nefqa.
Iċ-ċifri tal-NSO juru li l-2022 kienet sena tajba ħafna f’dak li għandu x’jaqsam ma’ numru totali ta’ turisti f’pajjiżna; bil-wasliet jaqbżu iż-2,330,000. Dan xorta huwa inqas mill-wasliet fl-2019 – l-aħħar sena sħiħa li wieħed jista’ jqabbel magħha qabel id-daqqa tal-pandemija.
//= $special ?>