Lokali Qorti

Email ta’ Christian Borg lill-Kummissarju tallega li uffiċjal tal-RIU qabad miegħu ma sabet l-ebda għemil ħażin

Investigazzjonijiet interna tal-Pulizija dwar żewġ ilmenti li saru minn Christian Borg, li allegatament kellu rabtiet mal-Prim Ministru Robert Abela, kontra Kuntistabbli tal-Pulziija li kien allega li kien qabad miegħu ma sabu l-ebda għemil ħażin min-naħa tal-uffiċjal, ingħad fil-Qorti.

Dan ħareġ hekk kif quddiem il-Maġistrat Nadine Lia komplew jinstemgħu l-provi quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, li fihom jinsab akkużat li saq Range Rover mingħajr liċenzja u li ma kienx kopertur b’polza tal-assigurazzjoni u li hedded uffiċjal pubbliku waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

Il-każ inkwistjoni jmur lura għal Ġunju tal-2018, meta Borg kien twaqqaf minn Pulizija tal-RIU barra l-uffiċini ta’ Transport Malta, fuq suspett li ma kellux liċenzja tas-sewqan. Allegatament din ma kinitx l-ewwel darba li l-istess Pulizija waqqaf il-karozza ta’ Borg u nqala’ argument, li matulu Borg kien allegatament hedded li jfittex lill-uffiċjal tal-Pulizija “għall-libell u jiffriża l-assi kollha tiegħu.”

Borg, li f’April li għadda kien rapurtat li f’April li għadda kien ingħata tender tal-Gvern ta’ kważi €250,000, jinsab fuq libertà proviżorja fuq proċeduri separati, aktar riċenti, li fihom hu u ħamsa oħra huma akkużati li ħatfu u heddew raġel li allegatament kien seraqilhom vann.

Is-Supretendent Graziella Muscat ġiet kontro-eżaminata fuq il-pedana tax-xhieda, mill-avukat difensur Charles Mercieca li staqsieha jekk il-Pulizija waslulhiex xi lmenti dwar il-Kuntistabbli. “Iva, fl-2018 kien hemm żewġ ilmenti minn Christian Borg kontra dan il-Kuntistabbli,” qalet ix-xhud li spjegat li Borg kien bagħat ukoll email lill-Kummissarju tal-Pulizija, fejn spjega l-ilmenti tiegħu fir-rigward tal-uffiċjal tal-RIU.

“Il-każ ġie investigat u Borg sussegwentement ġie infurmat li ma kien nstab ‘xejn ħażin fir-rigward tal-uffiċjal.” Aktar kmieni xehed ukoll is-sieħeb fin-negozju ta’ Borg, Tyson Grech ta’ 27 sena. Grech, li huwa wieħed mill-ko-akkużati ta’ Borg fil-każ tal-ħtif ta’ persuna, iddeskriva l-imġiba ta’ Borg waqt l-inċident, li qal li nqabad fuq filmat, bħala “trankwilla”, u qal li l-uffiċjal tal-RIU kien staqsa lil Borg jekk għarfux minn waqfiet ta’ vetturi preċedenti.

“Hu ried vendetta fejn il-filmat juri lill-uffiċjal jgħid, ‘Taf min jien?'” Mercieca talab lill-Qorti tordna kopja tal-filmati, li huma twal biss minuta biex jiġu esebiti mingħajr dewmien, filwaqt li pprotesta li l-każ kien ilu jkaxkar mill-2018. Il-każ ġie differit għal April, għall-kontro-eżami ta’ Grech. L-Ispettur Paul Camilleri qed imexxi l-Prosekuzzjoni.