Lokali

F’ĦAL QORMI: Jilmentaw dwar is-sitwazzjoni diżastruża fi triq prinċipali

It-telqa li teżisti f’Ħal Qormi wasslet biex numru ta’ persuni lmentaw ma’ dan l-istazzjon dwar is-sitwazzjoni diżastruża li tinsab fiha l-Mriehel Bypass, Ħal Qormi.

Fl-aħħar ħin, sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li minħabba l-istat tal-biki li tinsab fiha din it-triq, numri ta’ vetturi spiċċaw iġarrbu diversi ħsarat u kaġun ta’ hekk, is-sewwieqa kellhom jiefqu mal-ġenb tat-triq…. Min jistenna lil tat-towing, u min jipprova jifhem kif din it-triq spiċċat fi stat daqshekk ħażin.

Tant hu hekk li kif jixhdu l-filmati, jidhru żewġ ħofor enormi f’din it-triq prinċipali, li huma bil-wisq diffiċli biex tevitahom.