Lokali

Il-kriminalità f’Malta tqajjem tħassib kbir fis-soċjetà

Skont l-aħħar stħarriġ li sar mill-MaltaToday fil-bidu ta’ din is-sena, jidher li l-kriminalità f’Malta qed tqajjem tħassib kbir fost il-poplu Malti kollu.

Il-kriminaltà u l-ġustizzja jinsabu fil-quċċata tal-lista ta’ dawk li rrispondew għall-dan is-sontaġġ …. bi kważi 27 fil-mija qalu li din hija l-kwistjoni ewlenija li qed toħloq tħassib kbir: l-iktar darba li kien hawn nies imħassbin dwar din il-problema. Dan minħabba li fl-aħħar xhur smajna b’diversi traġedji li xxukjaw il-pajjiż u qajmu dubji, specjalment fejn tidhol is-sistema tal-Qrati u n-nuqqas ta’ rizorsi fil-Korp tal-Pulizija.

L-aħħar traġedja li ħalliet lil kulħadd jitkellem dwarha kienet dik ta’ Pelin Kaya .. it-tfajla li ttajret u nqatlet mill-vettura misjuqa ninn Jeremie Camilleri, li kien qiegħed isuq waqt li kien taħt l-effett tad-droga. Dan il-kaħ seħħ fis-sighat bikrin tal-Erbgħa 18 ta’ Jannar fil-Gzira … proprju fil-jum ta’ għeluq sninha.

Fuq fomm kulħadd baqa’ jissemma wkoll il-każ ta’ Sion Grech – li 18-il sena wara li sfat maqtula u mormija f’għalqa … beda jistema l-każ, u l-akkużati spiċċaw biex  ħarġu liberati.

Ironikament, għal kuntlarju ta’ dak li ħareġ minn dan l-istħarriġ …. fl-aħħar jiem waqt li kien qiegħed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Intern infexx jiftahar illi l-kriminalita naqset b’5.4 fil-mija. Meta fil-verita, huma r-rapporti lill-Pulizija illi naqsu.

F’din ill-konferenza tal-aħbarijiet ġie ppubblikat rapport illi wera kif naqas is-serq fuq medda ta’ għaxar snin … iżda zdiedu l-aggressjonijiet fit-toroq kif ukoll każi serji ta’ frodi. U filwaqt li ssolvew certu omiċidji .. żdiedu l-każi ta’ vjolenza domestika bid-doppju mill-2012 l’hawn.

Intant, skont il-MaltaToday….wara l-kriminalità – in-nies huma inkwetati dwar il-kwistjoni tal-għoli tal-ħajja li aktar kemm jgħaddi zmien, aktar qed tgħolli rasha, b’20.2 fil-mija qalu li din hija kwistjoni oħra li hemm bżonn li tiġi indirizzata. L-istħarriġ juri wkoll li 10.8% tal-poplu hu mħasseb dwar il-problema tat-traffiku.