Fl-Ingilterra, tifel u tifla, it-tnejn ta’ 15-il sena, ġew arrestati fuq suspett ta’ qtil wara l-mewt ta’ tifla ta’ 16-il sena f’park f’Warrington – belt li tinsab bejn Liverpool u Manchester.
Brianna Ghey instabet minn membri tal-pubbliku f’Linear Park f’Cheshire, nhar is-Sibt.
Is-servizzi tal-emerġenza ssejħu ftit wara t-3.00pm wara li t-tifla nstabet mixħuta mal-art f’mogħdija ta’ triq b’diversi daqqiet ta’ sikkina. Hija ġiet ikkonfermata mejta fuq il-post.
L-adoloxxenti arrestati huma miż-żona lokali u qed jinżammu taħt arrest.
Il-Pulizija ta’ Cheshire qalet li ma kinux qed jittrattaw il-mewt ta’ Brianna bħala reat ta’ mibegħda, filwaqt li għaddejjin numru ta’ inkjesti biex tipprova tiġi stabbilita ċ-ċirkostanza eżatta u l-mottiv wara dan l-attakk.
Uffiċjali qed jgħassu fiż-żona, li hija post magħruf għall-mixi tal-klieb, biex jipprovdu serħan il-moħħ u jindirizzaw kwalunkwe tħassib li r-residenti jista’ jkollhom.
Il-Pulizija aktar kmieni qalet li qed issir awtopsja fuq il-kadavru tat-tifla biex tiġi stabbilita l-kawża tal-mewt.
Filwaqt li qed iħeġġu lin-nies u n-negozji tal-lokal biex jiċċekkjaw il-filmati tas-CCTV għall-evidenza.
//= $special ?>