Futbol Sport

Inter miżmuma minn Sampdoria… Verona jegħlbu lil Salernitana

(Ritratt: EPA)

Fil-Luigi Ferraris Stadium Sampdoria rnexxielhom iżommu lil Inter fi draw ta’ mingħajr gowls. Iż-żewġ timijiet ftit li xejn kellhom azzjonijiet perikolużi bl-ebda ma jirnexxielu jsib ix-xibka. B’hekk Inter baqgħu fit-tieni post tal-klassifika b’44 punt filwaqt li Sampdoria baqgħu fid-dsatax-il post bi 11-il punt.

Verona kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq Salernitana biex qawwew it-tamiet tagħhom li jżommu posthom fis-Serie A hekk resqu żewġ punti mis-17-il post u erb’a punti ‘l bogħod mill-istess Salernitana. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fit-32 minuta meta Darko Lazovic sab lil Cyril Ngonge fil-kaxxa li xeħet fix-xibka għal skor finali ta’ 1-0.

Riżultati

Verona v Salernitana 1-0, Sampdoria v Inter 0-0