Wara li issa għadew tliet ijiem, il-persuna li nhar il-Ġimgħa waqgħet fil-baħar ħdejn Sant’ Iermu sfortunatament għadha ma nstabitx.
Dan il-każ seħħ fl-10 ta’ Frar li għadda fid-dahla ta’ Marsamxett – u issa ġie kkonfermat li r-raġel li nġarr mill-baħar huwa Finlandiż ta’ 42 sena.
It-tfittxija għal din il-persuna bdiet dakinhar stess li ġara l-każ, iżda wara tlett ijiem ma kien hemm ebda żvilupp.
Il-Forzi Armati għamlu tfittxijiet fil-baħar taħt il-Forti Sant’Iermu u anke fiz-zona ta’ Tigne’ wara li l-Ġimgħa, għall-ħabta tas-2.15 ta’ waranofsinhar, il-Pulizija kienu irċivew rapport li xi ħadd ra persuna tigi mkaxxra mill-mewg meta kien ppjutost vicin il-bahar.
F’dak il-ħin, iz-zona tal-port kienet maħkuma minn riħ qawwi u mewġ għoli.
Hekk kif l-għada tal-inċident il-mewġ naqas ġmielu, għaddas tal-Forzi Armati niżel fil-baħar, bl-AFM tissokta bit-tfittxija għal dan il-Fillandiż, iżda l-isforzi rriżultaw fin-negattiv. L-istess ħidma kompliet anke t-Tnejn filghodu, bil-Pulizija, l-Forzi Armati u c-CPD għadhom għaddejjin bit-tfittxija tagħhom għal dan ir-raġel barrani.
//= $special ?>