Futbol Sport

Liverpool jirritornaw għar-rebħ fid-derby ta’ Merseyside

(Ritratt: EPA)

Fid-derby ta’ Merseyside Liverpool kisbu tliet punti importanti b’rebħa ta’ 2-0 fuq Everton, biex kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-Premier League fl-2023. Liverpool fetħu l-iskor fis-36 minuta meta wara kontrattakk veloċi Darwin Nunez sab lil Mohammed Salah li mingħajr ebda diffikulta’ xeħet fix-xibka għal 1-0. Fit-tieni taqsima Liverpool ħarġu jfittxu t-tieni gowl u proprju fid-49 minuta huma skorjaw it-tieni gowl, fejn din id-darba Trent Alexander Arnold sab lil Cody Gakpo, li mill-viċin kkonkluda fix-xibka għall-ewwel gowl tiegħu ma’ Liverpool.