Lokali

Qed jiġu restawrati l-Victoria Lines fil-Għargħur

Miexi ġmielu x-xogħol ta’ restawr fuq il-Victoria Lines li qed isir fuq il-parti li tinsab fil-Għargħur.

Il-Victoria Lines imorru lura għaż-żmien is-seklu 19 meta l-Ingliżi għażlu li jibnu ħajt li jaqsam lill-gżira Maltija minn nofs bħala forma ta’ difiża militari.

Ix-xogħol ta’ restawr kien jikkonsisti fi tfittxija għal ġebel li waqa’ fix-xagħri biex jerġa’ jintuża bħala ġebel oriġinali għall-Victoria Lines ta’ din iz-zona li fiha madwar kilometru. Biex issa baqa’ kwart mill-ħajt biex titlesta din il-parti.

Dan il-proġett huwa meqjus bħala ta’ importanza kbira hekk kif il-Victoria Lines huma parti importanti mill-istorja ta’ pajjiżna. U waqt li kien qed isir studju dwar il-Victoria Lines, l-esperti sabu pillbox – post li kien jintuża’ għad-difiża waqt żmien il-gwerra.

Tul is-snin kien hemm partijiet tal-Victoria Lines li kienu waqgħu, u minflok jew għamlu ċint modern jew inkella għamlu railing tal-ħadid.