Grupp ta’ studenti barranin tal-mediċina pprovaw jippreżentaw petizzjoni ta’ aktar minn elf firma lill-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja. Iżda ħadd ma ħareġ biex tinġabar din il-petizzjoni.
L-istudenti tal-EDU qed jappellaw lill-Gvern biex jismagħhom wara sentejn ta’ appelli biex jagħtihom widen. Dan hekk kif dawn l-istudenti għadhom mhumiex rikonoxxuti b’mod uffiċjali fl-Ewropa.
Din is-sitwazzjoni qed twassal biex dawn l-istudenti qed iħossu li m’għandhomx futur f’dan is-settur.
Minkejja li pruvaw jippreżentaw il-petizzjoni, dawk li tkelmu magħhom minn Kastilja irrifjutaw li jieħduha, anke jekk din tingħata iktar tard lill-Prim Ministru.