Lokali Parlament

Robert Abela jrid Kummissarju għall-Istandards li jagħmel biss li jrid hu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech sostna li l-Prim Ministru Robert Abela jrid li l-Kummisarju għall-Istandards ikun persuna li jagħmel li jrid hu biss.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar il-mozzjoni tal-Gvern għall-ħatra tal-Kummissarju għall-Istandards, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-Prim Ministru qed ikun diviżiv għalhekk il-Prim Ministru dejjem jitfa’ t-tort fiuq ħaddieħor.

Il-Prim Ministru attakka lill-ex Kummissarju għall-Istandards George Hyzler, li qalgħu qabel il-waqt minn Kummissarju għall-Istandards għaliex ma kienx komdu u għaliex ma setax jikkontollah. Il-Prim Ministru attakka wkoll lill-ġudikatri u ex-Prim Imħallfin li kellu l-pajjiż għaliex skont il-Prim Ministru anki dawn kienu tal-establishment.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li l-Prim Ministru qed jigdeb għaliex ma kienx hemm ftehim li l-Prim Imħallef Emeritu Joe Azzopardi jinħatar Kmmissarju għall-Istandards. Kieku kien hemm dan il-ftehim kieku llum hu Kummissarju għall-Istandards.

Hu qal li l-Prim Ministru ried biss lil Joe Azzopardi u wasal biex anki kixef l-ismijiet tal-persuni li kienu qed jiġu diskussi. Bernard Grech sostna li lill-Prim Ministru kien qallu wkoll biex l-ismijiet tal-persuni diskussi ma jkunux żvelati u li ma jkunx hemm dettalji dwar min kien qed jinnominahom.

Anki hawn il-Prim Ministru naqas, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li l-ftehim dwar l-Ombudsman ilu xhur milħuq iżda l-gvern għadu ma ressaqx il-mozzjoni biex dan ikun appuntat. Hu biss kapriċċ tal-gvern li jrid iħalli dan ir-rwol battal.

Il-Kap tal-Oppożizzoni kompla li lill-Prim Ministru kien qallu li qatt ma kien qabel miegħu fuq Joe Azzopardi bħala Kummissarju għall-Istandards għakemm seta’ jaċċettah li jkun Ombudsman jekk ikollu team tajjeb ta’ kummissarji. L-uniku ftehim li kien hemm kien dak li Bernand Grech aċċetta li l-Prim Imħallef Emeritu Joe Azzopardi jkun Omudsman jekk il-Gvern jaċċetta li l-ex Imħallef Joe Zammit McKeon ikun Kummissarju għall-Istandards.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Prim Ministru jrid Kummissarju li jagħmel biss dak li jrid hu; dan hu Prim Ministru diviżiv li jrid biss jattakka. Hu appella biex isiru iktar diskussjonijiet għal soluzzjoni għaliex il-poplu għandu dritt li l-mexxejja jaslu fi ftehim; jiddependi mill-Prim Ministru biex jerġgħu jsiru diskussjoni. Ilni sena u nofs niġri warajk biex nagħżlu Ombudsman u biex jingħażel Kummissarju għall-Istandards, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Bernard Grech qal li din hi kwistjoni ta’ dmir lejn il-poplu Malti u sostna li għad hemm l-opportunità li jintlaħaq ftehim dwar persuna li jkollha l-fiduċja taż-żewġ naħat.