Vincent Muscat magħruf bħala “Il-Koħħu”, li bħalissa qed jiskonta sentenza ta’ 15-il sena ħabs talli qatel lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kellu seba’ xhur miżjuda mas-sentenza tiegħu talli ġġieled ma’ ħabsi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u gidmu fuq in-naħa taż’ fuq ta’ idu.
Muscat qed jiskonta 15-il sena sentenza għas-sehem tiegħu fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, wara li laħaq fethim mal-Avukat Ġenerali. Muscat kellu xi jgħid ma’ Keith Desmond Falzon qed jiskonta wkoll sentenza għal reati relatati mad-droga u l-pedopornografija.
F’seduta fi Frar tas-sena li għaddiet fil-Qorti kienu ntwerew filmati tas-CCTV tal-ġlieda. Muscat kien qed jidhe jimbotta lil Falzon, li kien qed juża l-krozza. Falzon imbagħad neħħa l-ġakketta u ħabat għal Muscat, fejn deher jagħtih daqqa ta’ ponn.
Iż-żewġt irġiel spiċċaw mal-art b’Muscat fuq Falzon. Il-gwardjani mbagħad intervjenew biex iwaqqfu l-ġlieda, li damet ftit sekondi. Il-Qorti kienet semgħet ukoll lit-tabib tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jixhed kif fis-16 ta’ Novembru 2021, fil-11am, Falzon kien ipprova jressaq rapport mediku, fejn sostna li kien ingidem minn Vincent Muscat.
Falzon kien abbuża verbalment lejn it-tabib, li mbagħad irrifjuta li jissottometti rapport mediku minħabba l-imġieba tiegħu, bħala riżultat. It-tabib iżda kkonferma fil-Qorti li kien ra marka ta’ gidma fuq l-id tax-xellug ta’ Falzon. “Rajt marka tas-snien,” spjega t-tabib li żied li kien ikklassifikaha bħala ferita bħala ħafifa. “Kienet barxa. Ma kienu meħtieġa l-ebda ponti.”
Fi tmiem is-seduta ta’ Frar, il-Qorti kienet laqgħet talba tad-difiża biex il-kawża tiġi differita biex jixhdu l-irġiel li t-tnejn kienu ġew akkużati bl-aggressjoni, iżda fl-aħħar, l-ebda wieħed minnhom ma għażel li jagħmel dan. Il-Qorti pproċediet biex tisma’ s-sottomissjonijiet finali u tat is-sentenza t-Tnejn.
L-Avukat Simon Micallef Stafrace, għal Falzon, talab lill-Qorti biex tillibera lill-klijent tiegħu minħabba nuqqas ta’ provi.” Il-liġi tagħna teħtieġ provi. Peress li ħadd mill-partijiet ma ried jixhed, fadal biss rapporti. Il-Qorti għandha biss stampa ta’ dak li ġara, imma x’wassal għalih, it-theddid u l-insulti ma nqabdux bil-camera,” sostna l-avukat, u saħaq li l-Qorti ma kinitx taf x’ġara. “M’hemm xejn. Filmati biss ta’ żewġ persuni jargumentaw.”
L-avukat ta’ Muscat, Francesca Zarb, qablet ma’ l-Avukat Micallef Stafrace, fejn sostniet li r-regola tal-aħjar evidenza kienet tiddetta li Falzon jixhed. “Il-Qorti m’għandha l-ebda evidenza,” hija qalet. “Il-filmati jiffavorixxu lil Muscat, iżda l-aħjar evidenza kienet tkun li ż-żewġ partijiet jixhdu u jgħidu lill-Qorti x’ġara.
Il-Qorti m’għandhiex din il-prova u għalhekk id-difiża qed titlob li jiġi eżonerat.” Dawn l-argumenti ma kkonvinċewx lill-Maġistrat Nadine Lia, li kienet qed tippresjedi s-seduta tad-distrett ta’ Raħal Ġdid iżda. l-Qorti ddikjarat lil Muscat ħati u kkundannatu seba’ xhur ħabs addizzjonali.
Zarb tagħat l-avviż lill-Qorti dwar l-intenzjoni ta’ Muscat li jappella mis-sentenza. Huwa mifhum li s-sentenza ta’ Falzon se tingħata aktar tard, peress li ma kienx preżenti fl-awla. L-Ispetturi Paul Camilleri u Antonello Magri mexxew il-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>