Lokali

Banda Maltija b’wirjiet mużikali fil-Ġermanja

Il-banda Big Friends Guggen Musik Malta A.D.2008 għandha ppjanati bosta attivitajiet għal matul din is-sena.

Din il-banda se titla’ l-Ġermanja bejn it-23 u s-27 ta’ Frar 2023 fejn se tkun komposta minn 44 mużiċist li se jagħmlu music show parade fi tliet ibliet differenti – Essen, Münster u Köln. Ta’ nota huwa I-fatt li dan huwa l-akbar u l-aktar festival mużikali ta’ suċċess għall-baned li jsir ġewwa l-Ġermanja u anke fl-Unjoni Ewropea, li għaliħ jattendu mijiet ta’ eluf ta’ viżitaturi kull sena.

F’dan il-festival prestiġjuż il-Big Friends Guggen Musik ser tkun qed tipparteċipa flimkien ma’ baned oħrajn minn madwar id-dinja fosthom mill-Ġermanja, l-Amerka, Franza, l-Belġju, l-Olanda, l-Messiku, u oħrajn.

Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast lan Sammut.

Għal dan il-festival, il-banda se tkun qed iżżanżan sett ta’ Sousaphones ġodda.

Din se tkun is-16 -il darba li din il-banda se tkun qiegħda tirrapreżenta talent Malti barra minn xtutna wara s-suċċessi tagħha fl-2008, 2009, 2010, 2016 u 2017 ġewwa I-UAE għall-festi nazzjonali; fl-2009 ġewwa l-Grecja; u fl-2016 u l-2017 ġewwa t-Tuneżija għall-festa nazzjonali u I-karnival.

Hija daqqet ukoll seba’ darbiet ġewwa Sqallija – fl-2017 fil-karnival tal-fjuri f’Arcireale; fl-2018 fil-karnival nazzjonali u fil-festival dei Colori. FI-2019 ħadet sehem fil-karnival Nazzjonali u gzejjer Olie kif għalet fl-2022. Din is-sena stess f’Jannar li għadda l-banda rrapreżentat lil pajjiżna ġewwa Lipari fejn hemmhekk daqqet f’kunċert ġol-belt kapitali tal-gżejjer, Vulcano u anke f’Filicudi.

Il-banda li għadha waħda żagħżugħa twaqqfet fl-2008 u qiegħda torganizza diversi attivitajiet għal 15-il sena anniversarju li proprju tagħlaqhom f’Novembru ta’ din is-sena.