Formula 1 Sport

Ferrari jiżvelaw il-karozza l-ġdida għall-istaġun li jmiss

(Ritratt: EPA)

Iktar kmieni illum, Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida li se jkunu qed jużaw bit-tama li jtejbu l-prestazzjoni tagħhom u fl-aħħar ikunu huma mill-ġdid ir-rebbieħa tal-kampjonat.

Il-karozza l-ġdida ‘SF23’ hija bbażata fuq l-istess still ta’ dik tas-sena l-oħra, speċjalment fil-forma tagħha.

Il-karozza ġiet preżentata lil segwaċi permezz ta’ dawra mis-sewwieqa tat-tim, Carlos Sainz u Charles Leclerc, madwar il-korsa ta’ Maranello, li tinsab viċin il-fabrika li tipproduċi l-karozzi ta’ Ferrari.

Sussegwentament, dan se jkun l-ewwel staġun ta’ Fred Vassuer bħala t-Team Principle ta’ Ferrari. Qabel ma ġie inkarigat minn din il-kariga, Vassuer kien jokkupa l-irwol ta’ Team Principle ma’ Sauber, fejn anka ħadem ma wieħed mis-sewwieqa kurrenti, Charles Leclerc.

Bil-preżentazzjoni tal-karozza ta’ Ferrari, jifdal biss Mercedes u Alpine sabiex jippreżentaw il-karozzi ġodda tagħhom, li huma mistennija jiġu żvelati fil-ġranet li ġejjien.