Internazzjonali

FL-ISTATI UNITI: Tliet persuni jinqatlu fi sparatura f’Michigan

Mill-inqas tliet persuni nqatlu wara li raġel armat fetaħ in-nar fl-Università tal-Istat Amerikan ta’ Michigan. Ħames persuni oħra ndarbu fl-attakk fil-kampus prinċipali fil-belt ta’ East Lansing tard għall-ħabta tat-8pm tat-Tnejn.

Mir-rapporti internazzjonli qiegħed jintqal li l-aggressur neħħa ħajtu b’idejh mumenti wara.

Tul l-isparattura, kien hemm mal-50,000 pesuna fil-Kampus Universitarju, hekk kif f’dak il-ħin kien hemm il-lezzjonijiet ta’ filgħaxija. Il-Pulizija qalu li l-isparaturi seħħew f’żewġ postijiet, f’binja akkademika magħrufa bħala Berkey Hall u fil-bini ta’ Michigan State University Union.

Il-kundizzjoni tal-persuni li ttieħdu l-isptar għadha mhux magħrufa.