Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal jridu jittieħdu deċiżjonijiet biex ċertu każi m’għandhomx jispiċċaw quddiem il-qorti iżda jinstabu soluzzjonijiet oħra biex b’hekk jitnaqqas ix-xogħol fil-qrati.
Fil-parlament Carm Mifsud Bonnici qal li l-maġġoranza tal-maġisttrati u l-imħallfin għandhom ħafna xogħol u m’għandhomx ħin biex jaħsbu fuq dak li qed isir. Għandha ssir riflessjoni li fl-aħħar 10 snin l-pajjiż mexa b’politika fejn żdied ix-xogħol fil-qorti.
Hu kompla li l-maġistrati u l-imħallfin jridu jaqtgħu l-kawżi iżda hemm limitu għal dak li jistgħu jagħmlu. Hemm tlieta jew erba’ maġistrati li huma mimlija kawżi tal-bord tal-kirjiet. Numru ta’ reati li żdiedu wasslu għal żieda fix-xogħol.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u qal li dan għandu sistema ferm iktar veloċi milli hemm f’każi oħra. Din hi esperjenza li l-pajjiż għandu jibni fuqha għaliex il-problema fil-qorti mhix dwar kemm hemm nies jaħdmu jew kemm hemm maġistrati u imħallfin minħabba li mhux isir użu tajjeb mir-riżorsi fil-qorti.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm ċerti prattiċi antiki fosthom war l-inkjesti maġisterjali u qal li l-kazi li fuqhom isiru l-inkjesti maġisterjali għandhom jitnaqqsu. Hu sostna li dan għandu jsir ukoll fil-kawżi tat-traffiku biex mhux il-akwżi kollha jmorru fil-qorti; fost dawn hemm il-kawżi kostituzjonali dwar il-propjetà.
Kwistjoni oħra hi marbuta mal-aġenzija fejn l-effett tagħha qed ikun kontroproduċenti fejn 75 telqu mill-qorti għalkemm daħlu kważi d-doppju.
Id-deputat Nazzjonalista semma’ diversi sfidi li hemm fil-qrati u qal li l-maġistrati u l-imħallfin iridu jaħdmu. Hu sostna li jekk jinġiebu flimkien il-persuni involuti, is-sitwazzjoni tkun ferm aħjar.
Carm Mifsud Bonnici kompla li hemm żbilanċ bejn il-maġistrati u l-imħallfin fejn il-maġistrati għandhom wisq xogħol. Fil-qorti hemm kwantità kbira ta’ ġudikanti, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex ċertu xogħol jibda jsir barra mill-qorti. Fil-qorti hemm ukoll kwantità kbira ta’ kawżi li fihom il-partijiet jaħfru lil xulxin; liema kawżi jistgħu junu solvuti minn supretendent biex ma jmorrux fil-qorti.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm madwar 600 persuna l-ħabs u qal li din qed tisplodi bil-kwantità ta’ nies li hemm fiha; għalhekk għandhom jintużaw iktar għodod ta’ riformi.
//= $special ?>