Aaron Steven Stewart Edward Ritchie li nhar il-Ġimgħa jagħlaq 39 sena li huwa magħruf sew mal-Pulizija l-aktar fejn jikkonċerna serq ġie kkundannat ħames snin ħabs mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace wara li sabitu ħati li l-għada tal-Milied tal-2017 huwa seraq b’eluf ta’ ewro minn appartament f’Raħal Ġdid, liema serq jikkonsisti f’ġojjellerija u oġġetti tad-ditta.
Ir-rapport li sar lill-Pulizija kien sar mill-vittma stess, mara li kienet għada ġejja minn barra minn Malta u skopriet li kienet ġiet misruqa. Mix-xiehda li tat fil-Qorti ħareġ li s-serqa seħħet nhar bejn il-4.47pm u l-5.15pm. fejn nsterqu oġġetti ta’ ġojjellerija u ħwejjeg oħra inkluż basket tal-marka Guess. Kienet ukoll il-vittma stess li pprovdiet il-provi lill-Pulizija, fosthom kopja tal-filmati tas-CCTV minn camera li hi ghandha fuq il-bieb ta’ barra tal-appartament.
Dan il-filmat ġie eżaminat mill-esperti maħtura waqt l-inkjesta Maġisterjali li pprezentaw ir-rapporti maħlufin minnhom. Mill-filmati u ‘stills’ tidher persuna li kemm il-Pulizija kif ukoll il-vittma għarfu li kien l-imputat permezz tal-‘pearcing’ f’wiċċu u t-tattoo fuq il-wiċċ ta’ idu.
Hija kienet qalet li Ritchie fuq ‘l-imnieħer għandu misluta minn naħa għal oħra kif ukoll kif jidher ukoll fis-CCTV mir-ritratti għax qadt nagħmilhom wieħed, wieħed, it-tattoo li għandu fuq idu jekk mhux sejra żball ix-xellugija…” Dwar l-oġġetti misruqa l-vittma qalet li wħud minnhom kellhom valur sentimentali għax ġiżirana partikolari kienet ta’ missierha.
Hija qalet li kienet siefret għal Londra biex tiċċelebra għeluq snin it-tifla tagħha fi żmien il-Milied. Hija rritornat Malta nhar is-27 ta’ Dicembru 2017 stess u marret lura d-dar. Meta daħlet fir-residenza tagħha ma sabitx taqlib “kollox in ordner – kollox stivat kif suppost.”
Dan kien fis-siegħa u nofs ta’ fil-għodu. Wara li raqdet lit-tifla minuri tagħha, kienet dahlet fil-‘walk-in wardrobe’ tagħha u sabet li kellha basket tal-marka Guess nieqes u ġakketta mitfugħa mal-art ħdejn il-kxaxen. Giha suspett u marret tara l-kexxun fejn kellha merfugħin l-affarijiet, u cioé, kaxxa tal-injam mimlija ġojjellerija li kienet tinkludi
deheb li kien jappartjeni lil missierha li kien ġie nieqes.
Hija ddeskriviet il-ġojjellerija li kellha jiġifieri, ġiżirana tal-għonq oħxon l-antika, djamanti li kien irregalalha l-partner tagħha, żewġt iċrieket kbar ħafna u jiswew hafna flus, “ċrieket illi missieri kien ta lil ommi, wieħed minn dak l-oħxon u qabel kienu l-antika il-ħoxnin imbagħad ikollhom tnejn irqaq qishom immaljati magħhom, kelli ieħor ta’ d-deheb b’sitt fossiet fuqu.
Il-vittma kienet qalet lill-Pulizija li kif daħlet id-dar kienet sabet li xi ħadd kien daħlilha fl-appartament u serqilha żewġ ċrieket tad-deheb bid-djamanti, lazz tad-deheb, ġiżirana rqieqa ta’ missierha, ammonti ta’ flus kontanti u zewg nuċċalijiet, li waħidhom kienu jiswew €350 l-wieħed. L-ammont tal-oġġetti misruqa kien tela’ għal madwar €10,000.
Għall-Pulizija l-imputat ma kienx wiċċ ġdid peress li kien magħruf sew magħhom fejn huwa nstab ħati fil-passat fuq serq fejn anke kellu sentenza kkonfermata mill-appell. Il-vittma għarfitu persess li kienet tafu di vista. Il-Qorti fliet bir-reqqa żewġ ‘stills’ bħalma osservat fix-xiehda taghha l-vittma. L-imputat jidher ftit qabel 4.48pm quddiem il-bieb ta’ barra tagħha mingħajr baskett.
Fi ‘stills’ oħra l-Imputat jidher għaddej minn quddiem il-bieb ta’ barra tal-appartament iġorr basket. Fix-xiehda tagħha, l-vittma għarfet il-basket tal-marka Guess li kien nieqes mill-appartament tagħha. Mix-xiehda tar-rappreżentant tal-kumpannija tal-komunikazzjoni Go p.l.c., irriżulta li l-mobile phone tal-imputat kien gie rintraċċjat fl-inħawi tas-sit fejn seħħet is-serqa.
Il-Qorti qalet fis-sentenza tagħha li ma tistax ma tinnotax ukoll il-kondotta ta’ l-imputat li hi waħda kkulurita. Il-Qorti sabet mill-provi lil Aaron Steven Stewart Edward Ritchie ħati tal-akkużi kif miġjuba kontra tiegħu u kkundannatu għall-piena karċerarja effettiva ta’ ħames snin li minnhom għandu jitnaqqas iż-żmien li huwa nżamm taht arrest preventiv.
Il-Qorti ordnat ukoll lill-imputat biex iħallas l-ammont ta’ €2679.17 rappreżentanti spejjez peritali. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri u Hubert Cini.
//= $special ?>