Lokali

Ippublikat ktieb dwar ir-riforma meħtieġa fis-sistema tal-media f’pajjiżna

It-Tnejn ġie preżentat ktieb ġdid dwar ir-riforma meħtieġa fil-media u l-ġurnaliżmu – ktieb bl-isem  ‘Reforming Malta’s Media System’ illi tfassal minn Fr. Joe Borg u l-avukat Therese Comodini Cachia.

Fost ir-riformi li jissemmew f’din il-pubblikazzjoni hemm l-emendi li jeħtieġ isiru fil-Konstituzzjoni ta’ pajjiżna, it-tibdil fl-istruttura fix-xandir pubbliku, u l-miżuri għall-protezzjoni tal-ġurnalisti u kontra l-iSLAPP.

Biex inkiteb dan il-ktieb, l-ewwel inħatru numru ta’ esperti biex jeżaminaw fid-dettall is-sitwazzjoni tal-media f’pajjiżna, in-numru ta’ liġijiet proposti mill-Gvern, u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-liġijiet.

Fi tmiem l-istudju, il-kittieba taw 16-il rikomandazzjonijiet li jissuġġerixxu lill-Gvern biex jiġu applikati ħalli tissaħħaħ id-demokrazija.