Imħabba differenti f’Jum San Valentinu hekk kif fil-Kulleġġ Santa Tereża fl-Imrieħel twasslet ċelebrazzjoni mimlija imħabba mar-rebbieħ tat-tieni edizzjoni ta’ The Malta’s Got Talent Kyran Bonello li proprju jattendi din l-iskola.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/14172256/Sorpriza-Kyran-Maltas-Got-Talent-19-1024x683.jpg)
It-Tlieta, l-istudenti kollha tal-Year 9 u 10 inġabru fil-bitħa ta’ dan il-kulleġġ bil-qlub f’idejhom sabiex flimkien ma’ Kyran jiċċelebraw ir-rebħa tiegħu f’din il-kompetizzjoni.
Viżibbilment emozzjonat Kyran irringrazzja lil dawk kollha li dejjem tawh is-sapport tagħhom matul dan il-vjaġġ mużikali; vjaġġ li waslu biex jirbaħ it-tieni edizzjoni tal-Malta’s Got Talent.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/14172133/Sorpriza-Kyran-Maltas-Got-Talent-12-1024x683.jpg)
Is-Surmast tal-Iskola Mario Bugeja qal li huwa ta’ unur li wieħed mill-istudenti żviluppa l-kapaċitajiet tiegħu u rebaħ din il-kompetizzjoni.
Kulħadd kellu kliem ta’ tifħir għal Kyran… imfisser bħala student eżemplari li dejjem issibu hemm biex jgħin lill-ħaddieħor.
Fil-preżenza tal-ġenituri u n-nanniet tiegħu, kif ukoll ta’ waħda mill-judges ta’ din il-kompetizzjoni Sarah Zerafa, Kyran wassal silta mill-kanzunetta li biha rebaħ din il-kompetizzjoni.
![](https://cdn.netnews.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/14172237/Sorpriza-Kyran-Maltas-Got-Talent-18-1024x683.jpg)