Lokali

AĠĠORNATA: Mara tintlaqat minn karozza fil-Fgura

Kmieni dalgħodu, mara ta’ 75 sena spiċċat feruta wara li ntlaqtet minn vann fil-Fgura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 ta’ dalgħodu fi Triq Pace u Grasso.

Nies li kienu fil-post spjegawlna li x’aktarx l-anzjana ntlaqtet minn vann transit li kien qed jinstaq lura – bis-sewwieq ma jindunax bil-mara, bil-konsegwenza li spiċċa laqatha.

Il-vann kien misjuq minn żagħżugħ ta’ 28 sena mix-Xgħajra.

Immedjatament fuq il-post waslet ambulanza sabiex tagħti l-ewwel għajnuna lill-vittma, bil-mara tittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Aktar tard hija ġie ċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-invetigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.