Il-loghob tal-lottu minn dejjem kien parti mill-kultura taghna l-Maltin.
Din it-tradizzjoni tmur lura mitt sena u kien propju fl-10 ta’ Frar tal-1923 meta l-lottu ittella’ għall-ewwel darba.
Minn dak iż-żmien ‘l hawn, il-kumpanija li ittella’ l-lottu qatt ma ħarset lura, bil-Maltin baqgħu dedikati għal dan il-logħob anke matul it-Tieni Gwerra Dinjija.
Fil-mitt sena mindu beda jitla’ l-lottu, National Lottery ħasbu li jnedu sett kommemorattiv ta’ sitt bollol li juru kif l-emblema evolviet tul is-snin.
Ma jistax jonqos li iktar ma jgħaddi ż-żmien, il-lottu baqa’ jiġbed interess min-nies li jittantaw xortihom biex jirbħu xi ħaġa.
Is-sett kommemorattiv ta’ bollol marbut mal-loghba tal-Lottu jista’ jinxtara mill-banek kollha tal-lottu.