Kurżitajiet Lokali

PROFILI: X’kien ġralhom meta tkellmu l-ewwel darba Paul u Denise Mintoff?

FI PROFILI tal-lejla, f’Jum l-Imħabba se jkollna kopja li ħafna mdorrija jarawha fuq it-TV, madankollu fi PROFILI se nkunu qed niltaqgħu magħhom f’kuntest kompletament differenti.

Għal bidu kienu mistħija, bħal meta bdew isellmu ‘l xulxin qabel iltaqgħu uffiċjalment, iżda wara ftit mill-ewwel ħadu l-qagħda fuq il-pultruna u tkellmu mhux ħażin. Se nitkellmu dwar Aħna Aħna jew m’aħniex, fuq il-ħidma tagħhom fix-Xandir, iżda mhux hekk biss, se naraw lil kopja mil-lenti kemxejn aktar rilassanti.

PROFILI bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.