‘Diffiċli biex nippenetraw difiża organizzata’
- Thane Micallef, kowċ Valletta FC
‘Ma ħriġnix tajjeb għal din il-partita u dan kellu effett fuqna. Ovvjament meta tagħmel dan kontra tim b’saħħtu bħalma huwa Ħamrun ħa tikkomplika l-logħba.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Valletta Thane Micallef wara t-telfa kontra Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 1-0. Micallef kompla hekk. ‘Kienet diffiċli biex nippenetraw difiża organizzata bil-vantaġġ miksub. Fit-tieni taqsima mbagħad minkejja li tjibna ħafna imma ma’ ħloqnix bizzejjed. Ridna li nibdew il-partita bħalma bdejna t-tieni ħamsa u erbgħin minuta. U rridu wkoll nieqfu milli nagħtu r-rigali, aktar u aktar meta tkun qed tilgħab kontra tim bħalma huwa Ħamrun. Issa rridu nħarsu lejn il-logħba ta’ nhar il-Erbgħa mit-Trophy, nanalizzaw sew, naraw u nippruvaw nirranġaw l-iżbalji biex nagħtu l-aqwa logħba possibbli.’
‘Importanti li nibqgħu ffukati’
- Branco Nisevic, kowċ Ħamrun Spartans FC
‘Li tirbaħ kontra Valletta dejjem hija rebħa tajba. Kienet logħba li rriżultat waħda diffiċli bħalma ħsibna.’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Branco Nisevic wara l-partita kontra r-rivali Valletta. Nisevic, li t-tim tiegħu kompla jersaq aktar lejn ir-rebħ tad-disa’ kampjonat kompla hekk. ‘Irridu nibqħu ffukati logħba logħba. Kontra Valletta konna tajjeb fl-ewwel taqsima iżda t-tieni perjodu sofrejna l-pressjoni. Issa jmiss il-logħba kontra l-istess tim mill-Izibet FA Trophy. Bejn wieħed u ieħor ser tkun l-istess iżda d-differenza li ma’ tistgħax tiżbalja għax partita knock out. Nisperaw li nirkupraw tajjeb biex inkunu fl-aħjar kundizzjoni għal din il-partita. Dan ix-xahar għandna logħbiet importanti kontra avversarji diretti u rridu nimxu tarġa tarġa biex naslu għal dak li ilna naħdmu għalih.’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Ħamrun Spartans | 19 | 52 |
| Gżira United | 19 | 41 |
| Birkirkara | 19 | 38 |
| Mosta | 19 | 35 |
| Hibernians | 19 | 33 |
| Balzan | 19 | 33 |
| Gudja United | 19 | 27 |
| Floriana | 19 | 26 |
| Valletta | 19 | 25 |
| Marsaxlokk | 19 | 19 |
| Sirens | 19 | 19 |
| Żebbuġ Rangers | 19 | 11 |
| Santa Lucia | 19 | 8 |
| Pietà Hotspurs | 19 | 5 |
| L-AQWA SKORERS | GLS |
| Jefferson De Assis (Gżira United) | 15 |
| Elvis Mashike (Ħamrun Spartans) | 12 |
| Jurgen Degabriele (Hibernians) | 11 |
| Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers) | 11 |
| Maxuell Maia (Gżira United) | 11 |
| Enzo Cabrera (Birkirkara) | 10 |
| Christ Ememe (Mosta) | 9 |
| Angel Torres (Balzan) | 9 |
| Jake Grech (Hibernians) | 8 |
LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 18 ta’ Frar, 2023
Stadium Nazzjonali
2.00pm Floriana – Gżira Utd.
4.15pm Pieta H. – Żebbuġ R.
Centenary Stadium
2.00pm Marsaxlokk – Gudja Utd.
Il-Ħadd 19 ta’ Frar, 2023
Centenary Stadium
11.30am Hibernians – Sta Lucia
Tony Bezzina Stadium
2.00pm Valletta – Mosta
4.15pm Sirens -Balzan
Stadium Nazzjonali
3.00pm Ħamrun S. – B’Kara
//= $special ?>

