Lokali Qorti

Tammetti li weġġgħet gravi raġel li ma tafx waqt li kienet fis-sakra

Mara ġiet immultata €4,000 u ngħatat sentenza ta’ ħabs sospiża wara li ammettiet li nhar il-Ħadd weġġgħet gravi raġel u rreżistiet b’mod vjolenti l-arrest. Iċ-ċittadina Ukrena Halyna Motruk ta’ 27 sena, li tgħix San Pawl il-Baħar, dehret taħt arrest quddiem il-maġistrat Caroline Farrugia Frendo, akkużata li darbet gravi raġel li ma tafux matul il-lejl tat-12 ta’ Frar, fi Triq Efesu f’San Pawl il-Baħar.

Motruk ammettiet ukoll li kienet fis-sakra u li ma setgħetx tieħu ħsieb lilha nnifisha f’post pubbliku, li kisret il-mistrieħ tal-abitanti b’imġieba tagħha, kif ukoll li rreżistiet b’mod vjolenti tliet uffiċjali tal-Pulizija waqt l-eżekuzzjoni ta’ dmirijiethom.

Hi ġiet akkużata wkoll li rrifjutat li tagħti dettalji jew li tathom foloz lill-uffiċjali tal-pulizija, u li ma obdietx l-ordnijiet tagħhom. L-ispettur Warren Galea, li kien qed imexxi l-Prosekuzzjoni, esebixxa kopja ta’ filmati CCTV tal-inċident. Huwa mifhum li ż-żewġ partijiet ma jafux lil xulxin.

Il-mara ammettiet mal-ewwel. Il-Qorti avżatha li l-akkużi jġorru sa seba’ snin ħabs u multa sa €4,000, nil-mara tingħata ż-żmien biex tikkunsidra mill-ġdid l-ammissjoni tagħha. Motruk ikkonfermat ħtijietha. L-Avukat Daniel Buttigieg, l-avukat difensur, spjega li l-inċident kien tqanqal minn skambju ta’ kliem li kien jinvolvi lil Motruk u r-raġel, li ħarġu batta mill-kontroll u wasslu għall-inċident inkwistjoni.

Il-mara kienet ukoll fis-sakra dak il-ħin tal-inċident. Sostna biex il-klijenta tiegħu tingħata sentenza sospiża, fid-dawl tal-kondotta kriminali nadifa tagħha. Wara ħadet ftit tal-ħin biex tikteb is-sentenza, il-Qorti ddikjarat lil Motruk ħatja fuq l-ammissjoni tagħha stess u kkundannatha għal sentejn priġunerija, li ġew sospiżi għal erba’ snin, u ordnatilha wkoll tħallas multa ta’ €4,000, pagabbli f’pagamenti ta’ €150 xahar fi żmien tliet snin. Barra minn hekk, il-Qorti pprojbit lill-mara milli tersaq lejn ir-raġel li aggredit jew lill-uffiċjali involuti, u jekk tagħġmel dan teħel €1,000 oħra.