Bir-rebħa tiegħu kontra John Isner, Wu Yibing huwa l-ewwel Ċiniż li rebaħ ATP Tour title wara li rebaħ id-Dallas Open.
Il-plejer ta’ 23 sena li huwa kklassifikat fis-97 post fid-dinja, għeleb lil Isner bl-iskor ta’ 6-7 (4-7) 7-6 (7-3) 7-6 (14-12) f’partita li ħadet ftit inqas minn tlett siegħat.
B’din ir-rebħa, Wu Yibing huwa mistenni li jitla’ fit-58 post fil-klassifiki ta’ l-aqwa plejers fid-Dinja. Dan ipoġġi lil Wu Yibing fl-iktar pożizjoni għolja li qatt kien meqjus plejer Ċiniż fl-istorja tal-ATP.