Lokali

“Dawn it-tattiċi ta’ bullying juru kemm għad irridu naħdmu biex il-ġurnalisti jkunu aktar protetti” – Roberta Metsola

It-tattiċi ta’ bullying użati kontra l-editur ta’ Malta Today Matthew Vella juru biċ-ċar li hemm bżonn isir aktar, ħafna aktar.

Sostniet dan il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista u President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fuq il-midja soċjali fejn insistiet li hemm bżonn isir ħafna aktar sabiex il-ġurnalisti jiġu protetti u salvagwardati minn aktar theddid u attakki sistematiċi.

Roberta Metsola saħqet li ġurnalist jispiċċa intimidat huwa inaċċettabbli f’pajjiż demokratiku.

Hija qalet li għandna dmir, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll Ewropew, li l-ħidma tirdoppja sabiex il-libertà tal-istampa tissaħaħ u b’hekk issir impossibbli sabiex dawk l-aktar b’saħħithom u sinjuri jiprovaw joqtlu l-istejjer tal-ġurnalisti b’każi ta’ SLAPP.

Hija waslet is-solidarjetà kollha ma’ Matthew Vella u ma’ kull ġurnalist li jkun suġġett għal tali intimidazzjoni.