F’Pariġi, l-għada tal-presentazzjoni tal-vettura l-ġdida tal-Ferrari għall-istaġun il-ġdid tal-Formula 1 li se jibda fl-ewwel jiem ta’ Marzu, kien imiss lill-Mercedes sabiex anke huma jagħmlu t-tnedija uffiċjali tal-vettura l-ġdida tagħhom għall-istaġun 2023.
Fl-2022, Mercedes kellhom sena bil-wisq ikkomplikata fil-Kampjonat tal-F1 għaldaqstant it-tim Ġermaniż qed jittama li din is-sena, huma jkunu aktar konsistenti u jerġgħu jkunu sfidanti denji għat-titlu tal-kostrutturi u tas-sewwieqa.
Il-karozza l-ġdida Mercedes, W14 se tkun qed tara lil din il-marka popolari fl-F1 tirritorna għall-kulur iswed b’laqta ħadra ukoll, simili għal kif kienet il-karozza Mercedes fl-2020 u l-2021. Is-sena l-oħra, il-Mercedes kellhom vettura lewn il-fidda.
Preżenti għat-tnedija ta’ W14 kien hemm ukoll iż-żewġ sewwieqa Brittaniċi Lewis Hamilton u George Russell.
//= $special ?>