Neil Camenzuli
VALLETTA……………… 1
ĦAMRUN………………..2
Valletta: C.Formosa, E.Ruiz, S.Dimech (T.Caruana 79′), N.Soares (E.Sala 72′), M. Beltre Pena (W.Jabor 78′), F.Federico, S. Kamdem, B.Paiber, R.Muscat(A.Zammit 73′), U. Ngong Nnomo, K.Bebis
Ħamrun: H.Bonello, E.Bruno(J.Mbong 61′), S.Borg, M.Guillaumier, R.Prsa, E.Holmberg(E.Mashike 46′), O.Bjelicic, J.Corbolan, J.Robert (L.Montebello 88′), E.Marcelina, R.Camenzuli
Imwissija: E. Pena Beltre 71’ (VLT), S.Borg 25′ (HMR)
Skorjaw: F. Falcone 7’ (VLT), E.Mashike 60′, M.Guillaumier 72′ (HMR)
Referee: Trustin Cann Farrugia
Assistenti Referees: Luke Portelli, Roberto Vella
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: R.Prsa (HMR)
Ħamrun għaddew għall-kwarti finali wara li dawwru telfa f’rebħa b’żewġ gowls fit-tieni taqsima li waslu minn Elvise Mashike u Matthew Guillaumier. B’ din ir-rebħa Ħamrun Spartans għelbu lil Valletta għat-tielet darba f’dan l-istaġun u għat-tieni darba fl-aħħar ftit ġranet hekk kif rebħu kontra Valletta fl-aħħar konfront tagħhom fil-kampjonat bl-iskor ta’ 1-0.
Bidu tajjeb ħafna għal Valletta hekk kif fetħu l-iskor wara biss 7 minuti logħob permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Federico Falcone minn kross pinġut mil-lemin li għelbet għal kollox lil goalkeeper ta’ Ħamrun Henry Bonello. L-ewwel azzjoni perikoluża għal Ħamrun Spartans waslet ftit minuti wara meta Jonny Robert ittanta xortih permezz ta’ daqqa ta’ ras minn kross tad-difensur laterali Ryan Camenzuli, madankollu Formosa salva tajjeb. Valletta marru viċin biex jirduppjaw l-iskor fis-26 minuta meta minn pass preċiż ta’ Dimech, Bevis qabez tajjeb lil Corbolan u pprova jikkonkludi l-azzjoni kontra Bonello, madankollu x-xutt tal-attakkant ma kienx tajjeb biżżejjed. Azzjoni tajba għal Ħamrunn fit-30 minuta meta għal darb’oħra Ryan Camenzuli xeħet kross perikoluż fil-kaxxa li din id-darba sab il-Prsa fit-tarf tiegħu li kkonkluda b’daqqa ta’ ras li rriżultat f’save tajjeb minn Formosa.
Ħamrun kisbu d-draw wara siegħa logħob permezz tas-sostitut Elvise Mashike hekk kif tefa’ ġewwa wara li l-ewwel konklużjoni ta’ Prsa giet salvata minn Formosa. Ħamrun reġgħu kienu perikolużi hekk kif ġew viċin biex imorru fil-vantaġġ minn żball tal-goalkeeper ta’ Valletta Cain Formosa li qassam lill-attakkant ta’ Ħamrun Elvise Mashike pero x-xutt tas-sostitut kien ċentrali wisq. Fis-70 foul kommess min Pena Beltre fuq il-midfielder ta’ Ħamrun Roko Prsa fil-kaxxa li rriżulta f’penalty. Matthew Guillaumier kien inkarigat mill-penalty, u rnexxielu jegħleb lil Formosa b’xutt b’saħħtu li ħabat mas-saqaf tax-xibka.
Fit-88 Jonny Robert għadda ballun preċiż lil Elvise Mashike biex b’hekk ġie wiċċ’imb wiċċ mal-goalkeeper, madankollu Mashike għal darb’oħra ma rnexxielux jikkonkludi. Ħamrun kważi kabbru d-distakk fid-90 minuta permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Prsa, pero għal darb’oħra Formosa salva tajjeb.
Bl-aħħar azzjoni ta’ Prsa, ir-referee Trustinn Cann Farrugia saffar għat-tmiem il-partita b’ Ħamrun Spartans jagħmluha mal-aħħar tmienja b’rebħa fuq ir-rivali tagħhom.
//= $special ?>