Futbol Sport

FA Trophy: Hibernians b’rebħa kbira fuq Kerċem, Birkirkara u Gżira United fil-kwarti finali

(Ritratt: Martin Agius)

Balzan……………. 2

Birkirkara……….. 2

F’partita missielta Birkirkara għaddew għall-kwarti finali wara l-għoti tal-penalties.

Birkirkara fetħu l-iskor permezz ta’ Yannick Yankam fl-14-il minuta. Balzan irrispondew tajjeb hekk kif skurjaw żewġ goals f’temp ta’ disa’ minuti li waslu minn Angel Torres u Momcilo Raso. Gowl fl-aħħar minuti tal-ħin regolari minn Cain Attard ta’ Birkirkara ħa l-partita għall-ħin barrani. Birkirkara spiċċaw jilagħbu b’għaxra meta Coppola tkeċċa wara li kkometta foul ikrah li wassal għat-tieni karta safra tiegħu.

Fil-ħin barrani Balzan ukoll spiċċaw jilgħabu b’għaxra meta kien Bozovic li tkeċċa wara li ukoll irċieva t-tieni karta safra tiegħu fil-partita.

L-ebda gowl fil-ħin barrani rriżulta fil-bżonn tal-għoti tal-penalties.

Penalties skurjati mill-plejers ta’ Balzan: Mladenovic Bogdan, Diver Torres, Noguireira, Alex Satariano.

Penalties skurjati mill-plejers ta’ Birkirkara: Enzo Cabrera, Ciolacu Andrei, Kevin Tulimieri, Simon Zibo, Kurt Zammit.

Gżira United…………3

Qala Saints…………..0

Gżira United kisbu rebħa faċli kontra Qala Saints bl-iskor ta’ 3-0.

Andy Borg fetaħ l-iskor fis-37 minuta minn kross fil-baxx ta’ Espindola. Gżira rduppjaw ftit qabel it-tmiem ta’ l-ewwel taqsima permezz ta’ Lucas De Oliviera li xeħet gewwa minn kross mil-lemin.

Gżira għalqu l-partita fl-74 minuta meta Gabriel Bohrer skurja t-tielet gowl minn penalty li wasal minn foul kommess fuq Brooklyn Borg fil-kaxxa

Hibernians…………8

Kerċem Ajax……….0

Hibernians għamluha mal-aħħar 8 hekk kif għelbu faċilment lil Kerċem Ajax bl-iskor impressjonanti ta’ 8-0.

L-ewwel gowl wasal fil-11-il minuta meta Thaylor Aldama għadda ballun tajjeb lil Jake Grech li xeħet ġewwa. It-tieni gowl wasal biss 4 minuti wara meta Jurgen Degabriele iddepożita ġewwa f’lasta vojta.

Ali Diakite kien l-awtur tat-tielet gowl hekk kif skurja gowl il-ġmiel tiegħu li ħalla lil-goalkeeper Daniel Spiteri bl-ebda possibilta’ li jintervieni.

Qabel tmiem l-ewwel taqsima, Thaylor Adama kkonkluda azzjoni personali u skurja r-raba’ gowl għal Hibernians fl-ewwel taqsima.

Hibernians komplew jiskurjaw wara l-ħin tal-mistrieħ, bil-ħames gowl jasal fil-54 minuta minn Yunusa Muritala li għeleb għal kollox lil Spiteri. Fis-68 minuta, Dunstan Vella skurja s-sitt gowl tal-partita minn pass ta’ Thaylor Aldama.

Jake Grech skurja t-tieni gowl tiegħu u s-seba’ gowl ta’ Hibernians fl-74 minuta wara kontrattakk veloċi tal-pawlisti. Jairo Morillas skurja l-aħħar gowl tal-partita biex b’hekk l-iskor finali kien 8-0 għal Hibernians.

Riżultati:

Balzan v Birkirkara 2-2 (4-5)

Gżira United v Qala Saints 3-0

Hibernians v Kerċem Ajax 8-0

Valletta v Ħamrun Spartans 1-2

Gudja United v Sirens 1-0

Santa Luċia v Marsaxlokk 0-2