Il-Professur Henry Frendo preżenta numru ta’ dokumenti storiċi miktuba minnu nnifsu, lill-Arkivju Nazzjonali. Dan sabiex jiġi ppriservat il-wirt nazzjonali ta’ pajjiżna.
Id-dokumenti jinkludu noti, intervisti, riċerki u ritratti relatati prinċipalment mal-istorja ta’ Malta matul l-aħħar mitejn sena.
Fid-diskors li wassal f’din l-okkazjoni, il-professur Frendo fakkar li l-arkivju nazzjonali għandu importanza kbira u jiġbor fih dak kollu li lill-poplu jagħmlu nazzjon.
Minn naħa tiegħu, l-arkivista Charles Farrugia irringrazja lill-professur Frendo ta’ din id-donazzjoni filwaqt li saħaq li permezz ta’ dawn id-dokumenti, se jitkabbar il-prestiġju tal-Arkivju Nazzjonali.
Min hu Henry frendo?
L-istoriku Henry Frendo ggradwa għall-ewwel darba mill-Università ta’ Malta fl-1970. Bħala student, kien attivist f’diversi għaqdiet – u waħda mill-inizzjattivi li kien għamel hu flimkien ma’ sħabu kienet il-petizzjoni ‘djar ghall-Maltin’. Filfatt, permeżż ta’ din il-petizzjoni kienu nġabru madwar 74,000 firma sabiex il-Gvern ta’ dak iż-żmien jagħti priorita’ lid-djar għall-Maltin u jitnaqqsu l-prezzijiet ezorbitanti tad-djar. Frendo irrimarka li il-PM ta’ dak iż-żmien George Borg Olivier kien appreza immens l-impenn tal-istudenti li ħadmu favur xewqat nazzjonali u filfatt, fil-budget li kien imiss, il-Prim ministru Borġ Olivier kien iddedika fondi kbar għall-housing.
l-Istoriku Henry Frendo serva wkoll bħala editur tal-gazzetta ‘Il-Ħajja’ li kienet popolari fi tmenijiet. Matul dan il-perjodu serva ta’ ppijunier u studja dwar Manwel Dimech, riformatur soċjali Malti kontroversjali, li dak iż-żmien kien fil-biċċa l-kbira minsi.
Frendo ggradwa b’Master’s fl-Istorja mill-Università ta’ Malta fl-1973, bit-teżi tiegħu li iffokat dwar il-kunflitt bejn il-lingwa u l-kultura f’Malta tas-seklu 19 – 20. Dik l-istess sena sar residenti fil-Kulleġġ Universitarju fl-Università ta’ Oxford, fejn irċieva d-Dottorat tal-Filosofija fl-Istorja Moderna fl-1976. It-teżi tad-dottorat tiegħu ffokat fuq il-formazzjoni tal-partiti politiċi f’Malta taħt il-ħakma Brittanika u aktar tard ġiet ippubblikata fil-ktieb tiegħu tal-1979.
//= $special ?>