Fi tmiem din il-ġimgħa, f’Ħal Għaxaq se jkun hemm numru ta’ attivitajiet b’rabta mal-Karnival.
Nhar il-Ġimgħa se jkun jum iddedikat għat-tfal hekk kif se jkun hemm parata bil-kostumi, li se tibda minn Santu Rokku sal-Pjazza u t-toroq tal-madwar bis-sehem taż-żewġ baned Għaxqin.
Imbagħad, il-Ħadd filgħodu se ssir fun run madwar it-toroq ta’ Ħal Għaxaq biex filgħaxija ssir attività fil-pjazza bis-sehem ta’ gruppi ta’ żfin u maskarati.
It-Tnejn u t-Tlieta filgħaxija jsir il-Karnival Tradizzjonali Għaxqi fil-pjazza bis-sehem tal-karrijiet u l-maskarati, bl-aħħar jum ikun speċjali hekk kif banda Brażiljana se tkun qed tagħti iktar ħajja lil dan il-Karnival.
