Fid-dawl tat-talba minn ta’ Steward biex il-Gvern ta’ Robert Abela jinvestiga lill-Editur Eżekuttiv ta’ MaltaToday Matthew Vella, il-Partit Nazzjonalista jesprimi l-appoġġ tiegħu lil Vella u lill-ġurnalisti kollha.
Matthew Vella diġà ċaħad l-allegazzjonijiet li ta’ Steward għamlu fil-konfront tiegħu u insista li kumpanija ffinanzjata mit-taxxi tal-poplu qed titlob lill-Gvern biex jinvestigah għal storja investigattiva, f’mossa oħra li turi kif f’pajjiżna, il-ġurnalisti m’humiex siguri.
Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista jtenni li l-Gvern ta’ Robert Abela m’għandux jingħaqad f’din il-mossa ta’ bullying li qed jipprovaw jagħmlu ta’ Steward li, għax jinsabu daharhom mal-ħajt, qed jipprovaw jattakkaw il-libertà tal-media f’pajjiżna.
//= $special ?>