Nicola Sturgeon fl-aħħar sigħat irriżenjat minn Ministru Ewlieni tal-Iskozja wara aktar minn tmien snin fil-kariga u wara li ilha dan iż-żmien kollu tinstinka għall-indipendenza tal-Iskozja mill-kumplament tar-Renju Unit.
Sturgeon, il-Kap tal-Gvern Skoċċiż u li qed tmexxi l-Partit Nazzjonali tal-Iskozja (SNP), ħabbret id-deċiżjoni tagħha waqt konferenza tal-aħbarijiet u fejn żvelat li kienet ilha l-ġimgħat ‘ittella u tniżżel’ dwar din id-deċiżjoni hi u tħares lejn il-futur.
Nicola Sturgeon kienet ilha sservi bħala l-Ministru Ewlieni tal-Iskozja min-Novembru tal-2014 u bħala s-suċċessur ta’ Alex Salmond, l-eks Kap tal-SNP. Dan wara li l-maġġoranza tal-Iskoċċiżi kienu vvutaw, waqt referendum, biex pajjiżhom jibqa’ jifforma parti mir-Renju Unit.
//= $special ?>