Il-militar tal-Istati Uniti qal li l-qawwiet tal-ajru tiegħu, fl-aħħar sigħat, interċettaw numru ta’ jets u bombers tar-Russja fil-viċinanzi tal-Alaska.
Dan fost indikazzjonijiet li Moska qed tipprova tinfiltra l-ispazju tal-ajru tal-Punent — b’dawn it-titjiriet illegali qed jiksru kull kunċett ta’ sovranità għall-iskaptu tal-pajjiżi konċernati.
Fl-aħħar sigħat, in-North American Aerospace Defence Command (NORAD) bagħat l-ajruplani tal-gwerra tat-tip F-16 Fighting Falcon biex jagħmlu r-ronda f’dak l-ispazju tal-ajru partikulari. Intant, in-NORAD, fl-aħħar sigħat, ħareġ stqarrija fis-sens li l-ajruplani tar-Russja ma kenux qed jimponu theddida ‘ċara u direttà’ u li dawn ma daħlux fl-ispazju tal-ajru tal-Istati Uniti u l-Kanada.
Madankollu, jidher li l-President Russu Vladimir Putin irid jippersisti bl-isfida lill-Punent fost rapporti li r-Russja anki bagħtet żewġ bombers nukleari – imlaqqmin ‘Blackjack’ – viċin ir-Renju Unit.
L-azzjoni kienet ikkonfermata ftit wara li l-ajruplani militari strateġiċi tar-Russja kienu qed itiru minn fuq il-Baħar ta’ Bering u viċin l-ispazju tal-ajru tal-Istati Uniti.
//= $special ?>