Silvio Berlusconi – li serva erba’ darbiet bħala Prim Ministru Taljan – kien iddikjarat innoċenti mill-akkużi dwar ix-xiri ta’ xhieda; bil-membri tal-Partit Forza Italja (immexxi minnu) isostnu li s-sentenza tal-qorti konkludiet ‘proċess ġudizzjarju bażat fuq skop politiku intiż biex issir il-ħsara lill-istess Berlusconi’.
Il-qorti kienet ilha tiddelibera l-każ magħruf bħala ‘il-proċess ta’ Ruby III’ u fejn Berlusconi kien akkużat bil-manipulazzjoni tax-xhieda biex jipperswadihom jigdbu dwar in-natura tal-parties organizzati minnu…Parties magħrufin bħala ‘tal-bunga bunga’ u li skont Berlusconi kienu biss ‘riċevimenti informali u eleganti’ għall-ħbieb tiegħu.
Intant, Berlusconi ma nstabx ħati dwar korruzzjoni f’wieħed minn diversi proċessi relatati mal-akkużi li hu kien ħallas il-flus lil prostituta Marokkina minorenni, bl-isem Ruby, u fejn kien deċiż li hu ma kienx jaf li din kien għad għandha biss 17-il sena.
Ruby – li l-isem proprju tagħha hu Karima El Mahroug – ilbieraħ ukoll ingħatat maħfra mill-qorti, l-istess bħad-29 imputati kollha involuti fil-każ.
//= $special ?>