Malti li ngħata aktar mid-doppju tal-ħin tas-soltu biex itemm test tat-teorija tas-sewqan fuq ordnijiet ta’ uffiċjal ta’ Transport Malta, xorta waħda temm l-eżami ferm qabel. Fil-Qorti ħareġ kif ċertu Emanuel Sammut kien fost tliet kandidati mmarkati minn Philip Endrick Zammit bħala li għandhom bżonn għajnuna speċjali fit-traduzzjoni waqt test tat-teorija.
Zammit huwa fost tliet uffiċjali ta’ Transport Malta akkużati li wettqu ‘racket’ ta’ korruzzjoni f’test tas-sewqan fl-awtorità tat-trasport. Rappreżentant miċ-ċentru tal-ittestjar qalet fil-Qorti li l-kandidati normalment ikollhom 45 minuta biex itemmu t-test. Sammut iżda ingħata ħin ta’ 100 minuta kif ukoll l-għajnuna ta’ translator.
Sheila Cutajar fakkret li t-traduttur ta’ Sammut kien bassar li ma kienx se jdum biex itemm l-eżami, u proprju hekk ġara. Cutajar qalet lill-Qorti li fil-bidu kienet ippruvat tipposponi t-test ta’ Sammut immirat li jsir fil-5pm, peress li d-dewmien tiegħu ta’ 100 minuta kien ikun ifisser li jintemm sew wara li ċ-ċentru jgħalaq fis-6pm.
Iżda t-traduttur barrani kien insista biex ikompli bl-eżami. “Mhux se jdum biex itemm l-eżami,” kien insista l-interpretu. “U fil-fatt ma damx għa ħin twil,” qalet Cutajar. “Dan l-eżami spiċċa ferm qabel is-6pm. Qabel sew,” qalet ix-xhud. Cutajar tenniet li Sammut kien wieħed minn tliet kandidati mmarkati minn Zammit f’email ta’ Awwissu 2020 bħala li għandhom bżonn l-assistenza ta’ traduttur.
Kienet proċedura normali li Zammit jibgħat dawn l-ismijiet, fejn huwa jikkopja lil Clint Mansueto permezz ta’ email, kompliet tgħid Cutajar. Mansueto, Direttur ta’ Transport Malta, jinsab mixli wkoll bir-racket ta’ korruzzjoni. Jinsab mixli wkoll ukoll l-uffiċjal ta’ Transport Malta Raul Antonio Pace.
Mill-inqas Ministru wieħed tal-Gvern bla isem issemma wkoll bħala involut fl-iskandlu ta’ korruzzjoni minn mindu l-każ beda jinstema’ f’Awwissu. Mitlub jagħti dettalji dwar tliet kandidati partikolari u n-numru ta’ drabi li qagħdu għat-testijiet tat-teorija tagħhom, ix-xhud qrat ċifri relatati ma’ kandidat wieħed barrani u żewġ kandidati Maltin.
Wieħed minn dawn kien Marcus Galdes, li ismu kien ħareġ fis-seduti preċedenti. Huwa qagħad għat-test tat-teorija tal-karozzi tiegħu tliet darbiet, f’Jannar, Frar u April 2018, li kienu ta’ suċċess fit-tielet tentattiv. F’Mejju 2019, l-istess kandidat għadda wkoll mit-test tal-Kategorija Ċ tiegħu fit-tielet tentattiv.
Dik is-sena għadda wkoll it-test tal-Kategorija D tiegħu u l-ewwel parti tat-test tal-liċenzja tas-sewqan tal-karozzi tal-linja fl-2020, iżda falla t-tieni parti ta’ dak it-test ftit jiem wara. Intbagħtu formoli minn Transport Malta biex l-interpreti jiffirmaw, li jindikaw li ma setgħu jassistu l-ebda kandidat partikolari assenjat lilhom fost dawk elenkati għas-servizzi ta’ traduzzjoni, bħall-Għarbi u t-Taljan.
Huma rċevew emails mingħand Transport Malta kull ġimgħa, spjegat Rose Cassar, xhud ieħor miċ-ċentru tal-ittestjar. Uffiċjal tal-kontijiet minn Transport Malta ma setax jikkonferma jekk l-awtorità kinitx ħallset għal servizzi ta’ traduzzjoni fir-rigward ta’ tliet kandidati partikolari, żewġ barranin u ċittadin Malti.
Mary Rose Pace spjegat li ma kellhiex l-informazzjoni relattiva. Hija ntalbet tiċċekkja u tirritorna bl-informazzjoni mitluba f’seduta oħra. Dettalji dwar testijiet prattiċi li saru minn tliet kandidati, inkluż Galdes, ġew prodotti minn Pierre Montebello, uffiċjal kap tad-Direttorat tat-Trasport bl-Art ta’ TM li esebixxa wkoll screenshots mis-sistemi TM.
Il-kumpilazzjoni, li qed tinstema’ mill-Maġistrat Rachel Montebello, tkompli f’Marzu. L-Ispettur Wayne Borg mexxa l-Prosekuzzjoni flimkien mal-avukat fll-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Abigail Caruana Vella. L-avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri assistew lil Mansueto L-avukat Joe Giglio assista lil Pace. L-Avukat Herman deher Zammit.
//= $special ?>

