Taylor Schabusiness qamet tattakka lill-avukat tagħha, Quinn Jolly meta t-Tlieta kien qed jinstema’ l-każ tagħha fil-Qorti ta’ Wisconsin. Schabusiness qed tkun akkużata bi qtil ta’ persuna.
Kien propju wara li l-Maġistrat aċċettat it-talba tal-avukat li l-każ jistenna ġimagħtejn oħra qabel tittieħed id-deċiżjoni jekk Schabusiness hix kompetenti biżżejjed li tgħaddi ġuri meta l-akkużata attakkat lill-avukat.
Schabusiness qed taffaċja akkużi ta’ qtil, abbuż sesswali, u vjolenza fuq il-katavru ta’ Shad Tyrion, li kellu 25 sena meta nqatel fi Frar tas-sena l-oħra.
//= $special ?>