Internazzjonali

New Zealand milquta minn terremot li kejjel 6.3 fuq l-Iskala Richter

Eluf ta’ residenti fi New Zealand qamu maħsuda dalgħodu wara terremot qawwi li laqat viċin Wellington. B’uffiċjali jgħidu li t-theżżiża kellha saħħa ta’ 6.3 fuq l-Iskala Richter.

It-terremot ġie deskritt mill-media lokali bħala wieħed “qawwi u tal-biża'”.

L-epiċentru tat-terremot kien 50km ‘il barra mill-kosta, f’fond ta’ 48 kilometru.

Nies li jgħixu f’Wellington qalu li t-theżżiż dam għaddej xejn anqas minn 30 sekonda, li hija xi ħaġa straordinarja għal terremot ta’ din is-saħħa.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.