Persuna, allegatament daħlet armata b’sikkina, daħlet fil-ħanut u talbet il-flus lill-kaxxier fi Triq tal-Ħerba, Birkirkara. Il-persuna ħarbet mill-post wara li serqet ammont ta’ flus kontanti.
Dan seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>