Futbol Sport

Premier League Ingliż: Manchester City jegħlbu lil Arsenal u jilħquhom fl-ewwel post

(Ritratt: EPA)

F’dik li hija possibilment l-iktar logħba importanti fl-istaġun Manchester City komplew jitfaw il-pressjoni fuq Arsenal wara li għelbu lil-avversarji tagħhom bl-iskor ta’ 1-3 fl-Emirates Stadium.

Bir-rebħa tagħhom Ic-Citizens jinsabu fl-ewwel post b’logħba iktar minn Arsenal.

Ic-Citizens fetħu l-iskor wara 24 minuta logħob meta l-midfielder Belġjan Kevin De Bruyne skurja gowl klassiku tiegħu minn barra l-kaxxa b’xutt b’saħħtu u fil-baxx li għeleb għal kollox lil Aaron Ramsdale.

Arsenal kisbu d-draw ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Bukayo Saka skorja minn penalty.

Fit-72 minuta Jack Grealish kiseb il-vantaġġ għat-tim tiegħu meta minn pass ta’ Ikay Gundogan skurja gowl il-ġmiel tiegħu minn barra l-kaxxa minn naħa tal-lemin.

Manchester City kabbru d-distakk fit-82 minuta meta l-attakkant prolifiku Erling Haaland sab ix-xibka minn pass ta’ Kevin De Bruyne.