Waqt li l-għaqda tal-ġurnalisti qed issejjaħ sabiex il-ġurnaliżmu tassew jibda jitqies bħala ir-raba’ pilastru tad-demokrazija…il-Gvern ta’ Abela qed jiġi msejjaħ biex jinvestiga ġurnalist.
Dan hekk kif il-kumpanija Steward Healthcare qed tappella lill-Gvern sabiex jinvestiga lil ġurnalist tal-kamra tal-aħbarijiet tal-MaltaToday Matthew Vella, bl-istess editur jisħaq li s-sidien li jmexxu l-isptar iffinanzjat minn flus il-poplu jridu jużaw sistema ta’ bullying biex irażżnu l-ġurnalisti.
L-istorja żviluppat wara li nhar it-Tnejn Vella ppubblika rapport fejn żvela li investigaturi privati f’Delaware fl-Istati Uniti jemmnu li l-kumpanija Steward fl-Istati Uniti flimkien ma’ Medical Properties Trust ħolqu struttura li permezz tagħha jelevaw u jnefħu l-prezz tal-proprjetà – inkluż it-tliet sptarijiet Maltin.
Steward International qed jakkużaw lil Matthew Vella li qed jikkonfoffa u jikkopera b’mod illegali ma’ kumpanija li qed tixħet diversi dubji fuq l-istess Steward.
Matthew Vella ċaħad għal kollox dawn l-allegazzjonijiet u insista li dan qed isir sabiex itappnulu r-reputazzjoni tiegħu. Hu iddeskriva dan l-aġir ta’ Steward International bħala attakk fuq il-libertà tal-istampa f’pajjiżna.
Huwa insista li kumpanija ffinanzjata mit-taxxi tal-poplu qed titlob Gvern ta’ stat Membru Ewropew sabiex jinvestiga ġurnalist … wara li ppubblika storja investigattiva fuq il-midja; turi oħra li l-ġurnalisti Maltin m’humiex siguri.
Intant il-kawża dwar l-iskandlu tal-Vitals li kien fetaħ id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mistennija tinqata’ l-ġimgħa d-dieħla… fl-24 ta’ Frar. Adrian Delia qed jitlob sabiex l-isptarijiet St.Luke’s Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex jintraddu lura lill-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>