Basketball Sport

Tazza Louis Borg tal-irġiel: Mellieħa jikkwalifikaw fi tmiem l-aktar partita missielta

Minn Colin Schembri

Gżira Athleta …………..71

Bupa Luxol ……………..85

(14-24)(12-20)(28-23)(17-18)

Bupa Luxol ħadu vantaġġ ta’ 14-il punt mill-ewwel leg kontra Gżira Athleta. Luxol fetħu l-partita bi break ta’ 12-1 fosthom żewġ trippli minn Jean Paul Schembri. Athleta kellhom risposta minn Roland Griffen li però ddiżapunta fid-difiża, flimkien ma’ żewġ baskets minn Nathan Xuereb. Luxol reġgħu wieġbu bil-punti ta’ Tayler Mattos u Trevian Bell u temmew l-ewwel sessjoni 10 minn fuq 24-14.  Fit-tieni taqsima, Luxol kellhom break qawwi ta’ 16-2 b’Mattos dominanti b’diversi punti u sas-seba’ minuta fetħu vantaġġ ta’ 22 punt 40-18.Athleta reġa’ kellhom risposta minn Griffen u basket ta’ Naz Buhagiar iżda fl-intervall Luxol kienu 44-26 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Athleta tħabtu biex inaqqsu d-distakk u kellhom il-punti ta’ Nathan Xuereb u Henry Van Herk u waslu sa’ 12 -il punt ‘l bogħod 40-52. Luxol wieġbu permezz ta’ Bell u trippla oħra ta’ Schembri. Iż-żewġ timijiet komplew iwieġbu lil xulxin bi Griffen u Juan Cefai jagħmlu trippla kull wieħed għal skor ta’ 67-54. Fl-aħħar taqsima, Athleta naqqsu d-distakk għal 10 punti 59-69 wara trippla ta’ Van Herk u basket ta’ Grifen. Bell wieġeb għal Luxol b’sensiela ta’ punti konsekuttivi. Fl-aħħar erba’ minuti, kien hemm baskets fuq kull naħa biex Luxol ħarġu rebbieħa 85-71.

Gżira Athleta: H. Van Herk 13, F. Mifsud Bonnici 1, N. Buhagiar 2, P. Shoults 8, L. Stefanovic, J. Ellul Dowling, N. Xuereb 18, R. Griffin 27, I. Xuereb, R. Abela, I. Medved 2, B. Zammit.

Bupa Luxol: J. Cefai 6, N. Vasovic 10, M. Sciberras, T. Bell 26, N. Engelbert, JP Schembri 15, A. Trapani, L. Trapani, V. Englin, T. Mattos 28, M. Matijevic, S. Cappello.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi

Depiro Hoops………. 58

Depiro………………….. 68

(19-12)(13-21)(10-18)(16-17)

F’din il-partita iltaqgħu kontra xulxin żewġ timijiet ta’ Depiro wara li t-team ta’ Depiro Hoops li jimmilita fit-tieni diviżjoni applikaw ukoll biex jilgħabu d’din il-kompetizzjoni. Kien ukoll konfront bejn żewġ aħwa fuq il-bankijiet rispettivi, Adrian Baldacchino coach tal-Hoops kontra Ruben Baldacchino coach ta’ Depiro. Il-partita qatt ma laħqet xi livell għoli ta’ intensita biż-żewġ timijiet jaħsbu f’objettivi aktar importanti fil-ġranet li ġejjin. Depiro Hoops irnexxielhom jerbħu l-ewwel sessjoni tal-partita fejn spikkat run ta’ 13-0 mir-raba’ sad-disa’ minuta bil-punti ta’ Adam Chomo, Hubert Agius u Andy Attard. Depiro kellhom fost l-oħrajn żewġ trippli minn Miguel Brincat u punti ta’ Kameron Rooks għal skor ta’ 19-12. Fit-tieni sessjoni, Depiro kellhom run ta’ 18-5 fejn Rooks beda bi tlett baskets konsekuttivi flimkien ma’ trippla ta’ Andrew Aquilina. Hoops kellhom risposta b’żewġ trippli ta’ Miguel Baldacchino però basket ta’ Rooks fl-aħħar sekondi poġġa lil Depiro fuq quddiem 33-32.

Wara l-intervall, Depiro bdew b’seba’ punti mingħajr risposta qabel ma Hoops wieġbu permezz ta’ Attard u Chomo. Chad Patus ukoll kellhu l-punti għal Hoops però Brincat wieġeb bi trippla oħra għal Depiro flimkien ma’ Rooks għal skor ta’ 51-42. L-aħħar taqsima kienet aktar kwieta u bilanċjata fejn fost l-oħrajn kien hemm il-punti minn Cameron Cornelius għal Depiro flimkien mat-trippli minn Brincat u Caruana. Hoops kellhom trippla minn Giorgi Lebanidze u l-punti ta’ Patus u Chomo għal skor finali ta’ 68-58.

Depiro Hoops: D.Pisani 4, D. Camilleri, A. Attard 6, H. Agius 2, A. Chomo 20, M. Baldacchino 8, C. Patus 8, G. Lebanidze 10, J. Flagel.

Depiro: S. Galea 5, J. Micallef, A. Aquilina 5, N. Grech, K. Rooks 30, M. Brincat 12, C. Cornelius 7,A. Micallef, M. Debattista, K. Caruana 9.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi

Mellieħa Libertas …..103

Hibernians……………… 100      

(25-25)(21-19)(27-25)(30-31)

Bla dubju din kienet l-aqwa partita mill-ewwel ġurnata tar-round preliminari li rat lil Mellieħa joħorġu rebbieħa 103-100 u kollox baqa’ miftuħ għat-tieni leg. Partita li rat fost l-oħrajn wirja oħra mill-aqwa ta’ Conor Zinaich ta’ Mellieħa u 4 fouls tekniċi. Kull team kellhu l-mumenti tiegħu sa’ mill-ewwel minuti fejn l-ewwel sessjoni fetħet bil-punti ta’ Mellieħa minn Vukassin Jandric, David Bugeja u Nenad Bukva. Hibs wieġbu permezz ta’ Anton Axiaq u Ivan Demcesen flimkien ma’ trippla ta’ Paul Attard u marru 11-8 minn fuq. Mellieħa reġgħu ħadu l-vantaġġ wara trippla ta’ Bukva u punti minn Bugeja u Zinaich però Justin Bogle u Demcesen wieġbu għal Hibs. L-aħħar punt tas-sessjoni ġew minn trippla ta’ Robert Bonnici għal skor ta’ 25-25. Fit-tieni perjodu, Mellieħa fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti wara run ta’ 9-0 bi trippla ta’ Jandric. Hibs kellhom żewġ trippli minn Luke Farrugia li ppareġja l-iskor però żewġ freethrows fl-aħħar 5 sekondi ta’ Zinaich taw vantaġġ lil Mellieħa qabel l-intervall 46-44.

Fit-tielet sessjoni kien hemm seba’ punti mingħajr risposta minn Zinaich fl-ewwel żewġ minuti però pronta ġiet ir-risposta ta’ Hibs minn Axiaq u Demcesen. Mellieħa kabbru l-vantaġġ mill-ġdid wara l-punti ta’ Sebastien Valencia u trippla ta’ Bukva u marru 12 minn fuq 66-54. Hibs ma ċedewx u punti ta’ Axiaq, Neil Cassar u trippla ta’ Bogle rawhom jerġgħu jnaqqsu d-distakk 73-69. Fl-aħħar sessjoni, Mellieħa għamlu run ta’ 12-3 u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 87-77. Hibs irkupraw għal darb’oħra fejn għamlu run ta’ 11-0 bi tlett trippli minn Farrugia u Bogle. L-aħħar tlett minuti kienu mill-aktar movimentati fejn l-ebda team ma rnexxielhu jiftaħ xi distakk deċisiv bil-Hibs jagħlqu l-partita bi trippla ta’ Matthew Attard fl-aħħar sekonda u kollox baqa’ miftuħ hekk kif Mellieħa rebħu l-partia 103-100

Mellieħa Libertas: M. Falzon, D. Bugeja 12, R. Bonnici 5, V. Jandric 11, I. Bonett 5, N. Bukva 14, N. Jovanovic 2, C. Zinaich 41, M. Formosa, O. Said, S. Valencia 13.

Hibernians: N. Cassar 7, P. Attard 9, L. Attard, L. Farrugia 4, L. Borg, A. Axiaq 15, R. Aquilina, M. Attard 9, J. Bogle 30, M. Bezzina, I. Demcesen 16, G. Cassar.

Referees: Bernard Vassallo, Fiorentina Ciurariu, Zvezdan Dobrosaviljevic

Hibernians……………….82

Mellieħa Libertas …..93

(17-22)(20-21)(25-25)(20-25)

Mellieħa Libertas rebħu wkoll it-tieni leg, din id-darba b’distakk ta’ 11 -il punt biex għaddew għas-semifinali b’aggregate ta’ 196-182. Hibs kienu mingħajr Justin Bogle fil-waqt li Mellieħa kellhom nieqsa lil David Bugeja u Connor Zinaich. Mellieħa fetħu tajjeb meta kellhom it-trippli ta’ Vukassin Jandric u Robert Bonnici. Wara risposta ta’ Hibs minn Anton Axiaq, Mellieħa komplew bi break ta’ 12-2 b’aktar punti ta’ Jandric flimkien ma’ Miguel Falzon u Sebastien Valencia. Hibs irkupraw u kien imiss lilhom li jagħmlu break ta’ 13-2 bi trippla ta’ Luca Borg għal skor ta’ 22-17. Fit-tieni sessjoni, Hibs għamlu l-iskor indaqs wara trippla ta’ Luke Farrugia. Hawn Mellieħa reġa’ kellhom run tajba ta’ 13-2 bi trippli ta’ Isaac Bonett u Jandric bir-risposta ta’ Hibs tiġi mill-ġdid minn Demcesen flimkien ma’ Neil Cassar u Axiaq biex fl-intervall Mellieħa kienu 43-37 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni kien hemm break ieħor minn Mellieħa ta’ 13-4 b’Jandric jibqa’ għaddej bill-punti tiegħhu. Hekk kif Mellieħa marru 15 minmn fuq, Hibs ġew f’tagħhom u għamlu run ta’ 11-0 biex reġgħu naqqsu d-distakk għal sitt punti 62-68. L-aħħar taqsima rat lill-Pawlisti jaslu sa’ 4 punti ‘l bogħod però Mellieħa wieġbu b’żewġ trippli minn Jandric. Minkejja li Hibs reġgħhu irrispondew, Mellieħa żammew kontroll tal-partita biex huma ħarġu rebbieħa 93-82.

Hibernians: N. Cassar 15, P. Attard 3, L. Attard, L. Farrugia 5, L. Borg 5, A. Axiaq 14, R. Aquilina, M. Attard, M. Bezzina, I. Demcesen 36, G. Cassar.

Mellieħa Libertas: M. Falzon 9, R. Bonnici 12, V. Jandric 28, I. Bonett 10, N. Bukva 7, N. Jovanovic 5, M. Formosa, O. Said 2, S. Valencia 20.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Fiorentina Ciurariu

Bupa Luxol…………. 89

Gżira Athleta………. 89

(24-13)(21-26)(24-23)(20-27)

Din il-partita ntemmet f’parita però bis-saħħa tar-rebħa tal-ewwel leg, kienu Bupa Luxol li avvanzaw għas-semi-finali b’aggregate ta’ 174-160. Iż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin fl-ewwel ħinijiet fejn kien hemm ukoll trippli minn Trevian Bell u Roland Griffen għal skor ta’ 11-11. Luxol kellhom mument tajjeb bi break ta’ 13-2 fosthom bit-three pointers ta’ Jean Paul Schembri u Bell biex temmew l-ewwel taqsima 24-13 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, Athleta naqqsu d-distakk wara punti minn Griffen qabel ma Luxol kellhom run ta’ 10-2 bejn Bell u Tayler Mattos. Din reġgħat tathom vantaġġ ta’ 14 -il punt 36-22 però Athleta naqqsu dan id-distakk bi break ta’ 10-1 lejn tmiem it-taqsima għal skor ta’ 45-39.

Fit-tielet sessjoni, Athleta komplew iżidu l-pressjoni tagħhom u wara punti minn Nathan Xuereb fosthom trippla, waslu sa’ basket ‘l bogħod 50-52. Luxol irkupraw b’żewġ trippli minn Bell u Stefan Cappello u komplew bi break qasir ta’ 9-2 biex temmew il-perjodu 69-62 minn fuq. L-aħħar taqsima fetħet bil-punti minn Jordan Ellul Dowling u Griffen għall-Athleta. Luxol wieġbu fost l-oħrajn bi trippla ta’ Nikola Vasovic u reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 10 punti. Athleta komplew jitħabtu u għamlu run ta’ 10-1 u wara sensiela ta’ punti fuq kull naħa, trippla ta’ Griffen fl-aħħar sekondi għalqet il-partita fuq skor finali ta’ 89-89.

Bupa Luxol: J. Cefai, N. Vasovic 17, M. Sciberras 1, T. Bell 20, N. Engelbert, JP Schembri 7, A. Trapani 3, L. Trapani, V. Englin, T. Mattos 22, M. Matijevic 11, S. Cappello 8.

Gżira Athleta: H. Van Herk 17, F. Mifsud Bonnici 4, N. Buhagiar 3, P. Shoults, L. Stefanovic 2, J. Ellul Dowling 2, N. Xuereb 13, R. Griffin 45, I. Xuereb 3, R. Abela, B. Zammit.

Referees: Ivica Simic, Zvezdan Dobrosaviljevic, Nicky Azzopardi

Depiro……………………. 79

Depiro Hoops………… 79

(20-16)(23-11)(20-21)(16-31)

Ir-rapport ta’ din il-partita juri parita fl-iskor finali ta’ 79 punt kull team biex b’hekk Depiro għaddew għas-semi-finali kontra Starlites. Il-partita ntlagħbet fi spirtu ferm amikevoli bejn dawn iż-żewġ timijiet tal-istess club bil-coaches jagħtu spazju lill-players kollha ta’ fuq il-bank. Bla dubjuli Ruben Baldacchino żamm f’moħħhu l-konfront ferm importanti ta’ nhar L-Erbgħa kontra Athleta fil-kampjonat u b’hekk serraħ diversi players regolari fosthom l-Amerikani. Għal kornaka ngħidu li Depiro bdew il-partita bi break ta’ 9-0 wara li sofrew l-ewwel żewġ baskets ta’ Hoops minn Hubert Agius u Adam Chomo. L-ewwel sessjoni għalqet bi bid-Depiro fuq quddiem u fit-tieni waħda huma komplew ikabbru l-vantaġġ fosthom bit-trippli ta’ Kieron Caruana, Cameron Cornelius u Nicholas Grech b’dan tal-aħħar jispiċċa l-partita b’total ta’ seba three pointers. Depiro kienu 43-27 minn fuq qabel l-intervall.

Fit-tielet sessjoni komplew ġejjin it-trippli ta’ Depiro fosthom tnejn ta’ Miguel Brincat u tnejn oħra ta’ Grech. Għal Hoops ukoll kien hemm it-three pointers minn David Camilleri hekk kif huma għalqu s-sessjoni bi break ta’ 9-0 għal skor ta’ 63-48. L-aħħar taqsima,rat lil Hoops jagħmlu run ta’ 18-1 biex ippareġjaw fuq 79-79 f’dak li kellhu jkun l-iskor finali u issa t-tazza Louis Borg tagħmel spazju għall-kampjonat u l-finali tal-MBA Shield.

Depiro: S. Galea 2, J. Micallef, A. Aquilina, N. Grech 21, K. Rooks 18, M. Brincat 11, M. Mallia 1, C. Cornelius 12,A. Micallef, M. Debattista 3, K. Caruana 11.

Depiro Hoops: D.Pisani 4, D. Camilleri 8, A. Attard 5, H. Agius 8, N. Muscat, A. Chomo 25, M. Baldacchino 7, C. Patus 8, G. Lebanidze 11, J. Flagel 3.

Referees: Fiorentina Ciurariu, Fanny Fabok, Ivica Simic.