Daħlet fis-seħħ il-projbizzjoni tal-użu ta’ skrataċ biċ-ċomb fl-artijiet mistagħdra (wetlands) fis-27 Stat Membru tal-UE, kif ukoll fl-Iżlanda, in-Norveġja u Lichtenstein. Il-liġi qed tidħol fis-seħħ wara perjodu ta’ sentejn mogħti lill-pajjiżi tal-UE biex iħejju ruħhom għal din il-bidla.
B’din il-liġi, hu stmat li se jiġu salvati madwar miljun għasfur tal-ilma u tal-plajja’ li llum imutu kaġun ta’ avvelenament miċ-ċomb fl-UE, u se tintemm il-kontinwazzjoni tal-avvelenament estrem tal-ħajja naturali fl-artijiet mistagħdra. Studji li saru fil-passat juru kif anke meta l-bniedem ikun espost għaċ-ċomb, dan jista’ jkollu konsegwenzi serji, speċjalment fuq it-tfal.
Il-munizzjon taċ-ċomb jikkonsisti f’balal żgħar li l-kaċċaturi jisparaw mis-snieter tagħhom biex joqtlu l-annimali. Dan jintuża biex issir il-kaċċa inkluż għal tajr li jgħix fl-ilma bħal borok, irsieset, fjamingi u għasafar oħra tal-plajja’ kif ukoll għal annimali żgħar oħra, fl-artijiet mistagħdra u f’postijiet oħrajn.
//= $special ?>