“Huwa inaċċettabbli li kumpaniji privati, aktar u aktar meta jkunu ffinanzjati mill-poplu, jippruvaw isikktu lill-ġurnalisti,” iddikjara l-MEP David Casa, flimkien ma’ għadd ta’ Ewroparlamentari mill-gruppi politiċi differenti fil-Parlament Ewropew, b’reazzjoni għat-theddida li saret minn Steward Health Care International fuq editur tal-midja indipendenti f’Malta.
Dan l-aħħar, l-editur tal-MaltaToday, Matthew Vella, irrapporta b’mod estensiv dwar l-istruttura li nħolqot biex taħbi l-ismijiet tas-sidien ta’ Steward. B’reazzjoni għal dawn ir-rapporti tal-MaltaToday, Steward talbet lill-Gvern Malti biex “jinvestiga” lill-editur. Steward hija l-operatur tal-kura tas-saħħa li tmexxi t-tliet sptarijiet tal-Gvern f’Malta.
“Din l-istrateġija hija intenzjonata b’mod ċar biex tindimita u tbeżża’ lill-ġurnalisti fil-pajjiż u biex twaqqafhom milli jagħmlu xogħolhom fl-interess pubbliku,” spjegaw il-Membri Parlamentari Ewropej fi stqarrija pubblika (ara mehmuża).
L-Ewroparlamentari David Casa talab lil Steward biex minnufih tirtira t-talba tagħha lill-Gvern Malti. “Dan hu l-wirt li ħalla l-Labour. Biegħ Malta lill-bullies li issa qed jistennew li jagħmlu dak li jfettlilhom u anke jkollhom protezzjoni mill-gvern Malti. Huwa inaċċettabbli li xi ħadd jipprova jintimida lill-ġurnalisti. Aħna waqafna kontra Pilatus meta ppruvaw jintimidawna u għaldaqstant ser nieqfu kontra Steward bl-istess mod, jekk ikomplu b’dawn it-tipi ta’ theddid.
//= $special ?>