Fil-Westfalenstadion Borusia Dortmund kisbu rebħa importanti konta avversarju b’saħħtu fil-forma ta’ Chelsea. Gowl tal-attakkant żagħżugħ Karim Adeyemi kien biżżejjed biex jagħti r-rebħa lil Dortmund. Il-gowl wasal fit-68 minuta minn azzjoni personali mix-xellug u konklużjoni ċentrali li għelbet għal kollox lil Kepa.
Fil-partita l-oħra Benfica rebħu barra minn darhom b’żewġ gowls fit-tieni taqsima.
L-ewwel gowl wasal fil-51 minuta mill-midfielder ta’ esperjenza Joao Mario permezz ta’ penalty fuq foul kommess fuq Goncalo Ramos.
David Neres huwa l-awtur tat-tieni gowl li ssiġila r-rebħa għal Benfica. Il-gowl wasal minn xutt minn naħa tax-xellug angolat fir-rokna t’isfel.
Riżultati:
Ilbieraħ:
Milan v Tottenham 1-0
Paris Saint Germain v Bayern Munich 0-1
Illum:
Borussia Dortmund v Chelsea 1-0
Club Brugge v Benfica 0-2