Internazzjonali

Żewġt itfal akkużati li qatlu liż-żagħżugħa Brianna Ghey

Tifel u tifla ta’ 15-il sena qed ikunu akkużati bil-qtil taż-żagħżugħa ta’ 16-il sena, Brianna Ghey.

Ghey kienet instabet mal-ġenb tat-triq b’feriti serji s-Sibt li għadda f’Cheshire, fejn hi mietet fil-post.

Dan il-każ għadu qed ikun investigat mill-Pulizija u mhux qed ikun eskluż li dan il-qtil sar b’mibgħeda kontra Brianna li kienet transgender. Sħabha li tkelmu mal-Pulizija qalu kif Brianna kienet issofri minn bullying għal snin sħaħ fl-iskola tagħha.