Kultura Lokali

“Din l-arti hija parti mill-kultura ta’ pajjiżna” – Bernard Grech

Reġa’ wasal dak iż-żmien tas-sena fejn jirrenjaw l-briju u l-kuluri, il-mużiku u ż-żfin, il-maskri u l-kostumi… dak iż-żmien tas-sena li jferraħ lil kulħadd, kemm lit-tfal kif ukoll lill-anzjani.  

Matul is-sena mijiet ta’ persuni jkunu ghaddejin b’ħidma ma taqta’ xejn bi preparazzjoni għall-Karnival.. ħidma li tintensifika fl-aħħar jiem qabel il- jingħata bidu għal din il-festa ta’ brijju.  

Voluntiera li ta’ kuljum jinżlu l-imħażen lejl u nhar sabiex jagħmlu l-aħħar irtokki fuq il-karrijiet qabel ma jimlew it-toroq bil-brijju li jġib miegħu dan iż-żmien tas-sena. Karrijiet li ta’ kull sena joffru temi differenti li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd.

Il-Ħamis filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel żjara lil dawn id-dilettanti tal-Karnival fejn hemmhekk segwa l-aħħar preparamenti li jinsabu għaddejin.

Mal-wasla tiegħu huwa ntlaqa’ mic-Chairman ta’ Festival Malta Aaron Zahra, mid-Direttur Arsitiku Jason Busuttil u mill-Kap Eżekuttiv ta’ Festival Malta Annabelle Stivala, fejn ġie ppreżenat bil-programm tal-attivitajiet tal-Karnival għal din is-sena.

Dawn in-nies iddedikati ħadu l-okkażjoni biex jitkellmu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Akkumpanjat mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea, Bernard Grech tkellem ukoll dwar it-tħassib ta’ bosta dilettanti li sa issa għadu ma sarx il-villaġġ tal-Karnival li ilu jiġi mwiegħed għal dawn l-aħħar snin.

Il-Ġimgħa filgħaxija jingħata bidu għall-Karnval Malti… erbat ijiem ta’ brijju li jiġu fi tmiemhom it-Tlieta filgħaxija fil-Floriana.

Ritratti Matthew Tabone